Il-Papa jitlob għall-vittmi tal-għargħar fil-Brażil

Print Friendly, PDF & Email

Fi tmiem l-Angelus tal-Ħadd f’nofsinhar, il-Papa Franġisku offra talb għal dawk li f’dawn l-aħħar ġimgħat ġew milquta minn xita u għargħar qawwi f’diversi reġjuni tal-Brażil. Il-Papa qal: “Nitlob b’mod partikolari għall-vittmi u l-familji tagħhom, u għal dawk li tilfu djarhom. Jalla Alla jappoġġa l-isforzi ta’ dawk li qed iġibu s-serħan”.

Fl-aħħar xahrejn, xita qawwija laqtet diversi bliet Brażiljani fl-istati ta’ Bahia u Mina Gerais, li wassal f’bost mwiet u għexieren ta’ eluf jiġu spostati. Il-valangi tal-art u l-ilmijiet tax-xmara li għolew ikkawżaw uħud mill-agħar inċidenti, filwaqt li uffiċjali tal-emerġenza qed jimmonitorjaw id-digi taż-żona, li qegħdin taħt pressjoni. Għaddejjin sforzi ta’ għajnuna fiż-żoni l-aktar milquta.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-01/pope-prays-for-victims-of-brazil-flooding.html

%d bloggers like this: