Il-Papa: Jalla lkoll ningħaqdu fil-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku stieden lil kulħadd biex mit-18 sal-25 ta’ Jannar jipparteċipaw fil-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara, li din is-sena tiffoka fuq it-tema li tirrelata l-esperjenza tal-Maġi, li ġew mil-Lvant lejn Betlehem biex iqimu lir-Re Messija: “Aħna rajna l-kewkba fil-Lvant, u ġejna nqimuh”.

Ara aktar dettalji

Il-Qdusija Tiegħu qal li b’mod simili, Insara ta’ sfondi u tradizzjonijiet diversi “huma pellegrini fi triqitna lejn l-għaqda sħiħa” li jersqu eqreb lejn l-għajn meta nżommu l-ħarsa tagħna fissa fuq Ġesù.

Il-Papa ħeġġeġ lil fidili biex jitolbu għall-għaqda tal-Insara u joffru wkoll id-diffikultajiet u tbatija tagħhom għal dan il-għan.

Il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda tal-Insara ppublika materjali ta’ riżorsi għall-Għimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara disponibbli għal kulħadd.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-01/pope-may-we-all-join-in-week-of-prayer-for-christian-unity.html

%d bloggers like this: