L-Ukrajna: “Jekk jogħġobkom itolbu għalina, biex Alla jagħtina l-paċi tiegħu!”

Print Friendly, PDF & Email

Il-Malteser International, l-aġenzija tal-għajnuna tal-Ordni Militari Sovran ta’ Malta, tinsab fl-Ukrajna, tipprovdi ikel u kenn lin-nies li qed jaħarbu mill-gwerra u lil dawk li qed jinħbew fil-bunkers u xelters, hekk kif il-bombi qed ikomplu niżlin u l-qawwiet Russi jersqu iktar qrib.

Mill-belt tal-punent ta’ Lviv, qrib il-fruntiera mal-Polonja u s-Slovakkja, l-voluntiera tal-Malteser international, Olga Bilichenko, qed tagħmel il-parti tagħha biex tgħin u tipprovdi neċessitajiet bażiċi lill-eluf ta’ nies vulnerabbli. Hija qalet lis-sitwazzjoni f’Lviv għadha tidher kalma, hekk kif il-ġlied u l-bumbardamenti jkomplu fil-partijiet tal-Lvant, tal-Grigal u tan-Nofsinhar tal-Ukrajna – iżda Olda qalet lis-sitwazzjoni tista’ tinbidel kull siegħa, u kulħadd iħossu mhedded u jibża’.

Hija kompliet, għalkemm tixtieq li jkun hemm protezzjoni militari, protezzjoni mill-ajru, imma tifhem li l-Punent jibżgħu li tfaqa’ t-tielet gwerra dinjija. Hija żiedet: “Napprezza ħafna, u nies ta’ hawn japprezzaw, il-fatt li ġejja l-għajnuna umanitarja; u nirringrazzjawkom tassew”.

Dwar is-sitwazzjoni f’Lviv, Olga tgħid li dawk li qed jitilqu l-pajjiż huma l-aktar nisa bi tfal żgħar, b’kulħadd jagħmel dak kollu li jista’ biex jgħin f’sitwazzjoni ferm prekarja u tal-biża’. Bi kjuwijiet ta’ 10 sa 50 km ta’ karozzi, biex jaqsmu l-fruntiera, tgħid li l-biċċa l-kbira tan-nies fiż-żona tagħha sejrin lejn il-Polonja, iżda huwa diffiċli li wieħed jgħid jekk bħala destinazzjoni finali jew fi transitu. “L-qsim tal-fruntieri kollha huma okkupati – l-Polonja, l-Ungerija, s-Slovakkja… n-nies qed jaħarbu minn kullimkien” hija stqarret ma’ Vatican News. Olga qalet li hemm għadd kbir ta’ voluntiera fit-toroq, li ħafna minnhom qed “iġibu minn djarhom dak kollu li għandhom: affarijiet personali biex jgħinu lir-refuġjati, u qed jagħmlu l-massimu.”

Olga Bilichenko qalet li l-Maltese International, hija attiva ħafna. Hija waqqfet kċina f’waħda mit-toroq prinċipali u n-nies qed jaħdmu 24/7 jipprovdu xorb sħun, ikel, kutri.

Waqt li tenniet lis-sitwazzjoni qed tinbidel kontinwament, Olga tgħid li huwa diffiċli li wieħed jgħid jekk dawk kollha li qed jaħarbu humiex se jibqgħu fil-Punent tal-Ukrajna. Fil-mument, iżżid, l-biċċa l-kbira jidhru li qed ifittxu sigurtà minn naħa għal oħra tal-fruntiera, iżda l-awtoritajiet qed jistennew ukoll l għadd kbir ta’ persuni jibqgħu spostati internament ukoll.

Kulħadd qed iħossu mhedded u mbeżżgħa: “Ħadd ma jaf jekk il-Punent tal-Ukrajna huwiex post sigur. Is-sitwazzjoni hija dinamika ħafna, tinbidel kuljum, u nisimgħu s-sireni fil-belt ta’ Lviv ikoll, u għalhekk ħadd ma jkun jaf jekk huwiex sigur jew le”.

Fl-aħħar tal-intervista, Olga għamlet dan l-appell imqanqal: “Jekk jogħġobkom itolbu għalina. L-Ukrajna tinsab tassew f’sitwazzjoni diffiċli ħafna, u l-unika ħaġa li nittamaw għaliha hija għat-talb komuni u li Alla jagħtina miraklu, li Alla jagħtina l-paċi, l-paċi vera – mhux il-paċi tal-politiċi – imma l-paċi Tiegħu.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2022-03/ukraine-malteser-international-lviv-humanitarian-prayers.html

%d bloggers like this: