Qassisin Ortodossi Russi: L-ebda sejħa għall-paċi m’għandha tiġi miċħuda

Print Friendly, PDF & Email

Grupp ta’ 233 saċerdoti u djakni tal-Knisja Ortodossa Russa niedew appell qawwi lil dawk kollha li jistgħu jtemmu l-gwerra fl-Ukrajna. Huma ddeskrivew is-sitwazzjoni bħala “fratriċida” (qtil tal-aħwa) u sejħu għal rikonoċiljazzjoni u waqfien immedjat mill-ġlied. Huma kitbu: “Nibku l-prova li għaliha ħutna fl-Ukrajna huma soġġetti bla mistħoqq”.

Filwaqt li fakkru li l-ħajja ta’ kull persuna hija rigal uniku u imprezzabbli mingħand Alla, s-saċerdoti u d-djakni jisħqu li l-Aħħar Ġudizzju jistenna lil kulħadd. “L-ebda awtorità tal-art, l-ebda tabib, l-ebda gwardjan, mhu se jipproteġina minn dan il-ġudizzju. Imħassbin għas-salvazzjoni ta’ kull persuna li tqis lilha nnifisha bħala wild tal-Knisja Ortodossa Russa, ma rridux li jasal għal dan il-ġudizzju, iġorr piż tqil. Ejjew niftakru lid-demm ta’ Kristu, imxerred mis-Salvatur għall-ħajja tad-dinja, jiġi milqugħ fis-sagrament tat-Tqarbin minn dawk li jagħtu ordnijiet ta’ qtil, mhux għall-ħajja, imma għat-turment ta’ dejjem”.

Fl-appell tagħhom lis-suldati li qed jiġġieldu l-gwerra, għandhom jiftakru, u jesprimu t-tama “biex kollha kemm huma, kemm Russi u Ukreni, jirritornaw lura lejn darhom u l-familji tagħhom mingħajr tiġrif. Jiddispjaċiena fil-ġolf kbir, li uliedna u neputijiet tagħna, fir-Russja u l-Ukrajna se jkollhom jgħaqqdu biex jerġgħu jibdew ikunu ħbieb, jirrispettaw u jħobbu lil xulxin”. Il-konvinzjoni soda hija espress wkoll li l-poplu Ukren irid ikun liberu li jagħmel l-għażliet tiegħu, “mhux ikun taħt il-mira ta’ machine guns, mingħajr pressjoni mill-Lvant jew mill-Punent”.

B’ħarsa ‘l quddiem lejn il-Ħadd tal-Maħfra, l-233 kleriku Ortodossi Russi jfakkru li “l-bibien tas-sema huma miftuħa għal kulħadd, anke għal dawk li dinbu bil-kbir, jekk jitolbu maħfra lil dawk li jkunu disprezzaw, insultaw, jew qatlu b’idejhom, jew bir-rieda tagħhom”.

Huma enfasizzaw li m’hemm l-ebda alternattiva għar-rikonċiljazzjoni reċiproka. Bix-xewqa li dan ir-Randan jibda’ bi spirtu ta’ fidi, tama u mħabba, l-messaġġ jikkonkludi billi jtenni li “l-ebda appell mhux vjolenti għall-paċi u t-tmiem tal-gwerra m’għandu jiġi miċħud bil-forza u meqjus bħala ksur tal-liġi, għax dan hu kmandament divin: Ħenjin dawk li jġibu l-paċi”. L-istedina għad-djalogu hija enfasizzata, għax “biss il-ħila li nisimgħu wieħed lil ieħor tista’ tagħti tama ta’ triq li toħroġ mill-abbiss li fih ġew mitfugħin l-pajjiżi tagħna fi ftit jiem”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2022-03/russian-orthodox-priests-no-call-for-peace-should-be-rejected.html

%d bloggers like this: