Il-Papa fil-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut Imqaddsa: Is-saċerdoti jridu jħarsu lejn Ġesù, iwarrbu l-idoli moħbija
F’Ħamis ix-Xirka, l-Papa Franġisku qal lis-saċerdoti: li tkun saċerdot hija grazzja kbira ħafna, imma fakkarhom li hija grazzja li primarjament għall-ġid tal-poplu ta’ Alla, aktar mill-għas-saċerdoti nnfushom. “Il-poplu tagħna jixraqlu u jeħtieġ” li jiġi moqdi minn saċerdoti b’kuxjenza safja, qal il-Papa, li stieden lill-kleru miġbur biex ikun fidil lejn Alla, billi jħallu lilhom infushom jiġu maħbubin u maħfura minnu.
Fl-omelija tiegħu, fil-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut Imqaddsa, li saret il-Ħamis filgħodu, l-Papa ffoka fuq vers mill-Evanġelju ta’ San Luqa: “L-għajnejn kulħadd kienu msammra fuqu”. Meta Ġesù jerġa’ jiġi fl-aħħar taż-żmien, qal il-Papa Franġisku, l-għajn kollha se jinġibdu lejn il-Mulej imsallab u rxoxtat, li jwassalna biex nagħrfuh u nqimuh. Aħna ser nagħrfuh, qal il-Papa, u se nagħrfu lilna nnfusna kif aħna verament.
Iżda anke llum, qal il-Papa, s-saċerdoti jridu jikkultivaw il-grazzja li jħarsu ħarsu fuq Kristu, jirringrazzjaw lill Alla għall-grazzji li jagħti, imma wkoll “nuruh” it-tentazzjonijiet li niffaċċjaw biex inkunu nistgħu negħlbuhom.
Il-Papa Franġisku wissa lis-saċerdoti dwar tliet “idoli moħbija” li jistgħu jdgħajfu l-vokazzjonijiet saċerdotali, u jiftħu qlub għall-“Ħażin”. L-ewwel, il-mondanità spiritwali, hija kultura ta’ dak li qed jgħaddi, u hija manifestata fi trijonfaliżmu “mingħajr is-Salib”. Qassis tad-dinja, qal il-Papa, “mhu xejn aktar minn pagan klerikalizzat”.
It-tieni tentazzjoni hija li tagħmel idolu tan-numri, li jidher fil-qassisin li huma ossessjonati bl-istatistika. In-nies, madankollu, ma jistgħux jitnaqqsu għal sempliċi numri; u d-doni ta’ Alla ma jistgħux jitkejlu b’dan il-kriterju. Fl-aħħarnett, it-tielet tip ta’ idolatrija, relatata mat-tieni, hija tip ta’ funżjonaliżmu li jirrigwarda biss l-effikaċja, li ma jħalli ebda lok għall-misteru. Saċerdoti “Funzjonalisti”, qal il-Papa, huma mħassba biss bl-effiċjenza tal-programmi tagħhom stess.
Il-Papa Franġisku qal li Kristu biss jista’ jikxef dawn l-idoli lis-saċerdoti; li jrid, min-naħa tiegħu, jurihom lill-Mulej, biex iħalliH inneħħihom minn ħajjithom u jeqridhom.
Il-Qdusija Tiegħu temm l-omelija tiegħu billi talab lil San Ġużepp, “il-missier kast, ħieles mill-idoli moħbija,” biex jeħles lis-saċerdoti mill-pussess, u jiksbu l-grazzja li jipperseveraw fil-kompitu li jagħrfu l-idoli. “B’dan il-mod”, qal, “b’qalb nobbli, nistgħu nkunu kapaċi nissottoordinaw għall-karità dak li tgħallimna bil-liġi”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-calls-priests-to-expose-their-hidden-idols.html