Is-sit tal-Laikos għadu kif ġie aġġornat b’għadd ta’ riżorsi pastorali għal żmien il-Għid …

Il-Blandun tal-Għid u tifsira tiegħu;
L-Exsultet li titkanta jew tinqara fil-lejl qaddis tal-qawmien tal-Mulej;
Is-Sekwenza, kemm bil-Maltu u kemm bil-Latin;
Ir-Regina Coeli li nitolbu minflok l-Angelus;
Il-Triq tad-Dawl jew Via Lucis;
Id-dehriet tal-Irxoxt; sensiela ta’ 12-il riflessjoni minn Patri Marcello Għirlando ofm;
Għoxrin katekeżi mill-Papa Franġisku fuq l-Atti tal-Appostli li naqraw minnu fil-quddies matul żmien il-Għid;
u bosta riżorsi oħra …
Id-diskorsi tal-Papa Franġisku f’Malta jew dwar iż-Żjara Appostolika tiegħu f’pajjiżna;
Id-dokumenti u għadd ta’ riżorsi fuq il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II li fil-11 ta’ Ottubru li ġej, infakkru s-60 Sena mill-bidu tiegħu;
Lejn Knisja Sinodali: komunjoni, parteċipazzjoni, missjoni. Is-Sinodu tal-Isqfijiet 2021-2023.
Dawn kollha u bosta aktar fil-Laikos … https://www.laikos.org/