“Xejn mhu impossibbli għal Alla,” huma l-kliem li jinsab f’komunikat tal-Vatikan, li jgħid lis-Santa Sede u l-Papa jingħaqdu mal-appell tan-Nazzjonijiet Uniti għal tregwa fid-dawl tal-Għid, li, skont il-kalendarju Ġiljan, jiġi ċċelebrat fl-24 ta’ April li ġej. It-talba ġiet promossa mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres, bi qbil mal-Qdusija Tiegħu Sviatoslav Shevchuk, kap tal-Knisja Kattolika Griega tal-Ukrajna, u li tnediet fid-19 ta’ April.
“L-Għid huwa staġun għat-tiġdid, il-qawmien u t-tama. Huwa żmien ta’ riflessjoni dwar it-tifsira tat-tbatija, l-passjoni, l-mewt u t-twelid mill-ġdid. Huwa maħsub li jkun mument ta’ għaqda.”
Waqt li tkellem mal-ġurnalisti quddiem il-Kwariteri Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, fi New York, Antonio Guterres innota li “Minflokk ċelebrazzjoni ta’ ħajja ġdida, dan l-Għid jikkoinċida ma’ offensiva Russa fil-Lvant tal-Ukrajna”. Il-konċentrazzjoni intensa ta’ forzi u qawwa tan-nar tkompli tagħmel il-battalja aktar vjolenti, imdemmija u distruttiva, huwa qal. Kif ukoll appella li dan mhux sew iwassal li din it-tregwa titħalla seħħ.
Il-Kap tal-Ġnus Magħquda kompla, “Llum, qed nappella għal pawsa umanitarja ta’ erbat’ijiem, li tibda mill-Ħamis ix-Xirka u tibqa’ għaddejja sa’ Ħadd il-Għid, 24 t’April, biex tippermetti l-ftuħ ta’ sensiela ta’ kurituri umanitarji.” Il-bżonnijiet umanitarji huma koroh. In-nies m’għandhomx ikel, provvisti ta’ ilma, biex jittrattaw lill-morda, jew sempliċiment biex jgħixu kuljum.
Għal dawn ir-raġunijiet kollha ta’ ħajja jew mewt, huwa qal: “Nappella lir-Russi u lill-Ukreni biex iwaqqfu l-armi tan-nar u jsawwru triq għas-sigurtà għal tant f’riskju immedjat.” Il-perjodu ta’ erbat ijiem tal-Għid għandu jkun mument biex jingħaqdu madwar is-salvataġġ ta’ ħajjiet u t-tkomplija tad-djalogu biex tintemm it-tbatija fl-Ukrajna.
“Salvaw il-ħajjiet. Waqqfu t-tixrid tad-demm u l-qerda. Iftħu tieqa għad-djalogu u l-paċi. Żommu l-fidi fit-tifsira u l-messaġġ tal-Għid.”
Nhar Ħadd il-Palm, il-Papa Franġisku kien sejjaħ għal tregwa tal-Għid biex tinkiseb il-paċi. Dak in-nhar, il-Papa qal: “Waqqfu l-armi. Ħalli tibda tregwa tal-Għid. Imma mhux biex narmaw mill-ġdid u nerġgħu nibdew il-ġlied, imma tregwa biex tintlaħaq il-paċi permezz ta’ negozjati reali miftuħa għal sagrifiċċju għal ġid tan-nies”. It-test tal-lum jinvoka l-protezzjoni tal-Mulej sabiex “il-popolazzjoni maqbuda f’żoni tal-gwerra tkun tista’ tiġi evakwata u terġa tiġi stabbilita l-paċi”. Dak in-nhar il-Qdusija Tiegħu kien talab ukoll: “dawk li huma responsabbli mill-ġnus biex jisimgħu l-għajta tal-poplu għall-paċi”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/ukraine-the-pope-joins-un-appeal-for-easter-truce.html