Papa Franġisku: Edukatur veru jakkumpanja, jisma’ u jiddjaloga

Print Friendly, PDF & Email

Li teduka mhuwiex “li timla moħħ xi ħadd bl-ideat”, għaliex “awtoma” huma ffurmati, iżda li timxi flimkien man-nies “f’tensjoni bejn ir-riskju u s-sigurtà”. Hekk qal il-Papa Franġisku f’diskors impromptu – wara li għadda minn kliem imħejji – lid-delegazzjoni tal-“Global Researchers Advancing Catholic Education Project”, proġett ġdid ta’ riċerka internazzjonali promoss minn voluntiera bil-għan li jippromwovi l-valuri tal-edukazzjoni Kattolika fir-rigward tal-identità u d-djalogu. Il-laqgħa saret fl-atriju tas-Sala Pawlu VI, qabel l-Udjenza Ġenerali.

Il-Papa Franġisku talab lill-għalliema tal-primarja, tas-sekondarja, u tal-università biex jappoġġjaw lill-istudenti fil-vjaġġ edukattiv tagħhom. “Ma tistax teduka”, żied jgħid, “mingħajr ma timxi flimkien man-nies li tkun qed teduka. Huwa sabiħ meta ssib edukaturi li jimxu flimkien mas-subien u l-bniet.” Il-Papa rrimarka li “li teduka ma jfissirx affarijiet purament retoriċi; teduka huwa li dak li jingħad jiltaqa’ ma’ relatà. L-istudenti għandhom id-dritt li jiżbaljaw, iżda l-edukaturi jakkumpanjawhom fit-triq biex jidderieġu dawn l-iżbalji ħalli ma jkunux perikolużi”. L-Qdusija Tiegħu kompla, “l-veru edukatur, qatt ma jibża’ mill-iżbalji, le: jakkumpanjahom, iżommilhom idejhom, jisma’ jiddjaloga. Ma jibżax u jistenna. L-edukazzjoni umana: hi li teduka, li ġġib il-quddiem u tippromwovi t-tkabbir, tgħin fit-tkabbir”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-francis-a-true-educator-accompanies-listens-and-dialogues.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: