Jintemm il-Kapitlu Provinċjali tas-Salesjani

Print Friendly, PDF & Email

Nhar l-Erbgha 4 ta’ Mejju 2022, intemm il-Kapitlu Provinċjali tas-Salesjani ta’ Dun Bosco f’Malta, li sar fid-dar tat-talb tal-Lunzjata, ir-Rabat. Matul il-Kapitlu rappreżentanti minn kull komunità Salesjana rriflettew, fi spirtu ta’ smigħ u dixxerniment, dwar numru ta’ proposti li huma l-frott ta’ proċess ta’ riflessjoni li kull komunità wettqet wara l-Kapitlu Ġenerali ta’ Turin li sar fi Frar tal-2020.

It-tema What kind of Salesian for the youth of today? indirizzat temi li jvarjaw mis-sens ta’ identità reliġjuża f’kuntest post-diġitali, il-ko-responsabbiltà sinodali tal-lajċi li tikkwalifika l-identità tagħhom fil-missjoni Salesjana, il-qafas diġitali bħala kuntest “tal-periferija” li jsejjaħ lis-Salesjan ikun profeta fi spirtu umli imma attiv ta’ smigħ taż-żgħażagħ, u oħrajn.

Il-Kapitlu Provinċjali, immexxi minn Fr Robert Falzon, hu t-tieni wieħed mindu Malta saret provinċja fl-2018. F’waħda mil-laqgħat ġew mistiedna numru żgħir ta’ lajċi kollaboraturi. Bħalissa f’Malta hawn 35 Salesjani u seba’ studenti fil-formazzjoni. Is-Salesjani ta’ Dun Bosco jaħdmu fi skejjel, oratorji, djar ta’ tfal u żgħażagħ, MCAST, knejjes pubbliċi, pubblikazzjonijiet u bosta oqsma oħra f’kuntest reliġjuż u soċjali.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: