F’Lulju, l-Papa Franġisku se jżur il-Kanada.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġimgħa 13 ta’ Mejju, l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, ħabbar li l-Papa Franġisku se jkun qed iżur il-pajjiż tal-Kanada bejn l-24 u t-30 ta’ Lulju. Dan qed jagħmlu, wara li aċċetta stediniet mill-awtoritajiet ċivili u ekkleżjali, kif ukoll mill-komunitajiet indiġeni. Fil-Kanada, il-Papa se jżur l-ibliet ta’ Edmonton, Québec u Iqaluit.

Ftit tal-ġimgħat ilu, l-Papa Franġisku, kellu sensiela ta’ laqgħat ma’ diversi delegazzjonijiet ta’ popli indiġeni Kanadiżi fil-Vatikan. Il-Papa ltaqa’ mad-delegazzjonijiet tal-Metis u l-Inuit fit-28 ta’ Marzu u mad-delegazzjoni tal-Ewwel Nazzjonijiet fil-31 ta’ Marzu. Imbagħad fl-1 ta’ April, irċieva t-tliet delegazzjonijiet flimkien, flimkien ma’ rappreżentanti tal-Konferenza Episkopali Kanadiża.

Fi stqarrija separata, l-Isqfijiet Raymond Poisson, il-President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Kanadiżi laqa’ l-konferma formali taż-żjara tal-Papa f’idem l-Isqfijiet tal-pajjiż. “Aħna ġrati mmens li l-Qdusija Tiegħu aċċetta l-istedina tagħna biex inkomplu l-vjaġġ ta’ fejqan u rikonċiljazzjoni mal-Popli Indiġeni ta’ din l-art”, qal l-Isqof Raymond. “Nitolbu għas-saħħa tal-Qdusija Tiegħu, hekk kif nibdew l-ippjanar intensiv għal din iż-żjara storika”.

Dwar it-tliet ibliet li se jżur il-Papa, l-istqarrija tinnota li Edmonton hija dar għat-tieni l-akbar numru ta’ Popli Indiġeni li jgħixu fi bliet urbani Kanadiżo u madwar 25 skola residenzjali li jinsabu f’Alberta – l-aktar minn kull provinċja fil-Kanada.

Iqualit, min-naħa tagħha, hija dar għal 8,000 ruħ u għandha l-ogħla popolazzjoni ta’ Inuit (3,900) mill-ibliet Kanadiżi.

Fil-belt ta’ Québec, insibu l-Ste. Anne-de-Beaupré, wieħed mill-eqdem u l-aktar siti ta’ pellegrinaġġi popolari fl-Amerika ta’ Fuq, li kull sena jiġbed lejħ tant eluf ta’ nies minn madwar id-dinja, imma wkoll mill-Popli Indiġeni u oħrajn minn madwar il-Kanada.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-francis-canada-apostolic-journey-july-indigenous-people.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: