Papa Franġisku: Li tkun għalliem hija missjoni

Print Friendly, PDF & Email

Sorijiet u pellegrini nġabru fil-Vatikan biex jimmarkaw it-350 anniversarju mit-twelid ta’ Santa Luċija Filippini, fundatriċi tagħhom u edukatur li poġġiet lil Ġesù fiċ-ċentru ta’ ħajjitha.

Filwaqt li rrifletta fuq il-ħidma tal-Istitu u l-kelma ‘Maestre’, li tfisser għalliema, l-Papa ffoka fuq qawl li jgħid li “wieħed ma jgħallemx dak li jaf, imma dak li hu”. Huwa spjega li “nittrasmettu lil ħaddieħor dak ħi għandna ġewwa. Mhux biżżejjed li timla ras xi ħadd bl-ideat, dak mhux teduka; li teduka huwa li tittrasmetti li ħajja”. Il-Papa Franġisku qal: “li tkun għalliem huwa li tgħix missjoni”. Huwa ħeġġeġ lis-sorijiet biex isegwu l-eżempju tal-Fundatriċi tagħhom, li qal, “tista’ tgħinkom tgħixu din il-missjoni”.

Il-Papa Franġisku nnota li Santa Luċija kienet taf tgħallem lil ħafna, l-ewwel nett għax hi stess qatt ma waqfet tkun dixxiplu ta’ Ġesù l-Imgħallem, u li kienet toqgħod quddiemu f’riġlejn is-salib. Kompla jgħid li l-Qaddisa trażmettiet permezz tal-edukazzjoni dak li żammet f’qalbha, jiġifieri l-imħabba ta’ Alla. il-Papa saħaq li wieħed ma jistax jikkuntenta li ‘ngħallmu’ fuq Ġesù, jekk ma nkunux xhieda tiegħu. “Din hija kif il-fidi tiġi trażmessa”, qal.

B’attenzjoni lejn id-diffikultajiet tal-ħajja reliġjuża u n-nuqqas ta’ vokazzjonijiet, huwa offra xi pariri, li qal, ma kinux soluzzjoni mmedjata għal dawn il-problemi, iżda mod kif jistgħu jiġu ttrattati. Huwa fakkar lil dawk li nġabru “biex jgħixu l-konsagrazzjoni bħala sejħa għas-servizz. Dan hu li jippermetti lil Ġesù jaħdem fina kif jixtieq Hu”. Żied jgħid li “nkunu għalliema tajbin jekk nibqgħu dixxipli, imsejħin kuljum biex naqdu bil-ferħ”.

Bħala konklużjoni, l-Papa Franġisku żvela li Santa Luċija Filippini kellha sigriet: “Hija għexet b’fiduċja kostanti f’Alla, għax Hu, qalet, ‘ma jistax iħalli milli jkun Missieri’” Ħafna drabi, fil-ħajja, ninkwetaw għax irridu nħallu ħafna affarijiet warajna: xi siġurtajiet, s-snin taż-żgħożija, aspett ta’ saħħa, forsi lil maħbubin, qal il-Papa.

“Jekk fil-ħajja hemm nies u affarijiet li llum jew għada rridu nħallu warajna, hemm preżenza li qatt ma tħallina, ċertezza fundamentali li dejjem takkumpanjana u li xejn u ħadd qatt ma jista’ jħassar: Alla ma jistax iħalli milli jkun missieri. Kollox jista’ jonqosna, imma mhux it-tenerezza ta’ Alla”.

Ejja niftakru f’dan dejjem, qal il-Papa Franġisku, “speċjalment fi żminijiet mudlama: Alla qatt ma jabbandunana, għax jistax iwarrab li jkun Missierna”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-francis-to-be-a-teacher-is-to-live-a-mission.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: