Ħsibijiet għal Pentekoste – Is-Sitt Ħadd tal-Għid: Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt, 21 ta’ Mejju 2022: Ħsieb mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi fis-Sitt Ħadd tal-Għid.

Riflessjoni mill-Isqof Joseph Galea-Curmi għas-Sitt Ħadd tal-Għid 2022

Evanġelju: Ġw 14:23-29

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu mhijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni.

Għedtilkom dan meta għadni magħkom. Imma d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom. Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: ‘Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom’. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu”.

Tkun tista’ tara l-ħsibijiet kollha fil-Laikos minn hawn … https://laikos.org/jgc_ghid50_2022.htm

Leave a Reply

%d bloggers like this: