Il-Papa se jmexxi Rużarju għall-paċi fl-Ukrajna u biex jintemmu l-gwerer madwar id-dinja.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku se jmexxi Rużarju għall-paċi bħala sinjal ta’ tama għal dawk li qed ibatu mill-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna u l-gwerer madwar id-dinja. L-aħbar tħabbret, il-Ħamis, fi stqarrija mill-Kunsill Pontifiċju għall-promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida.

“Fi tmiem ix-xahar Marjan, il-Papa Franġisku jixtieq joffri sinjal ta’ tama lid-dinja, lil dawk li qed ibatu mill-kunflitt fl-Ukrajna u midruba profondament mill-vjolenza tal-ħafna gwerer li għadhom attivi”.

It-Tlieta, 31 ta’ Mejju, fis-6pm, il-Papa se jitlob ir-Rużarju quddiem l-istatwa ta’ ‘Maria Regina Pacis’ fil-Bażilika Marjana ta’ Ruma. “L-fidili kollha f’kull parti tad-dinja huma mistiedna jappoġġjaw lill-Papa Franġisku fit-talb tiegħu lir-Reġina tal-Paċi”.

Din l-istatwa ta’ Maria Regina Pacis, jew Reġina tal-Paċi, li tinsab fil-korsija tax-xellug tal-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore, għandha storja partikolari. Ġiet ikkummissjonata mill-Papa Benedittu VU u magħmula mill-iskultur Guido Galli, dak iż-żmien id-deputat direttur tal-Mużewijiet tal-Vatikan, biex jitlob lill-Verġni Marija biex tintemm l-Ewwel Gwerra Dinjija fl-1918.

Il-Madonna tidher b’dirgħajha tax-xellug mgħollija bħala sinjal biex tordna t-tmiem tal-gwerra, filwaqt li bil-lemin tagħha żżomm lil Ġesù Bambin, lesta twaqqa’ l-fergħa taż-żebbuġa li tissimbolizza l-paċi. L-fjuri huma skolpiti fuq il-bażi, li jissimbolizzaw il-fjur tal-ħajja bir-ritorn tal-paċi. Huwa tradizjonali li l-fidili jpoġġu noti żgħar miktuba bl-idejn b’intenzjonijiet ta’ talb f’riġlejn il-Verġni Mbierka. L-Papa se jpoġġi kuruna ta’ fjuri f’riġlejn ix-xbieha qabel ma jindirizza t-talba tiegħu lill-Madonna u jħalli l-intenzjoni partikolari tiegħu.

Għal din iċ-ċelebrazzjoni, se jkunu preżenti diversi kategoriji ta’ nies li jirrapreżentaw lill-fidili biex jappoġġjaw it-talb tal-Papa. Se jkun hemm tfal li rċevew l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tagħhom fl-aħħar ġimgħar, Scouts, familji mill-Komunità Ukrajna f’Ruma, rappreżentanti tal-Marjan Ardent Youth (GAM), membri tal-Korp tal-Ġendarmerija tal-Vatikan u tal-Gwardja Pontifiċja Svizzera, u t-tliet parroċċi f’Ruma bl-isem tal-Verġni Marija Reġina tal-Paċi, flimkien ma’ membri mill-Kurja Rumana.

Bħala sinjal ta’ qrubija lejn dawk l-aktar involuti fid-dinàmika ta’ dawn l-avvenimenti traġiċi, familja Ukrena, nies relatati mal-vittmi tal-gwerra, u grupp ta’ kappillani militari bil-korp rispettiv tagħhom ġew mistiedna jitolbu posta tar-Rużarju.

Sinjal importanti ieħor huwa l-involvilment ta’ Santwarji Internazzjonali minn madwar id-dinja, flimkien ma’ Santwarji li jinsabu f’pajjiżi li għadhom milquta mill-gwerra jew instabilità politika qawwija fi ħdanhom, li huma l-kawża ta’ bosta episodji ta’ vjolenza. Dawn is-Santwarji se jitolbu r-Rużarju fl-istess ħin, li l-Qdusija Tiegħu jkun qed jirreċita din it-talba. Huma se jkunu konnessi permezz ta’ live-streaming max-xandira diretta minn Ruma.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-francis-to-lead-rosary-for-peace-at-santa-maria-maggiore.html

%d bloggers like this: