Il-Papa lill-Buddisti Mongoljani: “L-umanità trid tirrinunzja għal kull forma ta’ vjolenza”.

Print Friendly, PDF & Email

Hekk kif is-Santa Sede u l-Mongolja jimmarkaw it-30 anniversarju tar-relazzjonijiet diplomatiċi formali, s-Sibt, delegazzjoni ta’ mexxejja Buddisti min-nazzjon tal-Asja tal-Lvant iltaqgħet mal-Papa Franġisku. Il-grupp kien akkumpanjat mill-Isqof Giorgio Marengo, l-Prefett Appostoliku ta’ Ulaanbaatar. Il-Papa Franġisku ta lid-delegazzjoni “merħba sabiħa u wera rispett tiegħu”. Huwa faħħar ix-xewqa tagħhom li jibnu soċjetà paċifika permezz ta’ fehim reċiproku mal-Knisja Kattolika.

“Illum, il-paċi hija x-xenqa fil-qalb tal-umanità. Konsegwentement, hemm bżonn urġenti, permezz tad-djalogu fil-livelli kollha, li tiġi promossa kultura ta’ paċi u kontra l-vjolenza. Dan id-djalogu jrid jistieden lin-nies kollha biex jirrifjutaw il-vjolenza f’kull forma, inkluża l-vjolenza li ssir fuq l-ambjent”.

Fl-istess ħin, il-Papa lamenta li xi niex għadhom ifittxu li jħaddmu r-reliġjon biex jiġġustifikaw il-vjolenza u l-mibegħada.

Il-Papa Franġisku rrifletta fuq it-tagħlim ta’ Ġesù u ta’ Buddha, u qal liż-żewġt irġiel kienu “nies ta’ paċi u promoturi ta’ kontra l-vjolenza”. Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu jħobbu lill-għedewwa tagħhom, u għex ħajtu kollha sal-punt tal-mewt fuq is-salib kontra l-vjolenza, “biex seħħ il-paċi tagħna u temm l-ostilità”.

Guatama Buddha, għalliem spiritwali tal-Indja tal-qedem, li għex matul l-aħħar nofs tal-ewwel millennju Q.K., waqaf it-tagħlim tiegħu fuq il-prinċipju ewlieni kontra l-vjolenza u favur il-paċi. Il-Papa nnota li Buddha ħeġġeġ oħrajn biex imorru lil hinn mill-kategorji tar-rebħa u tat-telfa, u jwarrbu t-tnejn ix-xewqa għall-ħakma personali, minflok li jirbħu lill-oħrajn.

“F’dinja mħassra minn kunflitti u gwerer, aħna, bħala mexxejja reliġjużi li għandna għeruq sodi fit-tagħlim reliġjuż rispettiv tagħna, għandna d-dmir li nqajmu fl-umanità d-determinazzjoni soda li nirrinunzjaw il-vjolenza u nibnu kultura ta’ paċi”.

Hekk kif il-Knisja qed tfakkar it-30 sena mill-preżenza formali tagħha fil-Mongolja, l-Papa ammetta li ftit Kattoliċi jgħixu fil-Mongolja – madwar 1,200 Kattoliku tal-Mongolja indiġeni, b’6 knejjes, 33 qassis u 44 soru re;iġjuża – iżda qal li huma “impenjati bis-sħiġ li jrawmu kultura ta’ akkoljenza”. Il-Qdusija Tiegħu appella lill-Buddisti u l-Kattoliċi Mongoljani biex “insaħħu l-ħbiberija tagħna għall-ġid ta’ kulħadd”.

Il-Papa esprima t-tama tiegħu lit-tradizzjoni twila tal-Mongolja ta’ koeżistenza inter-reliġjuża paċifika tista’ twassal għall-“implimentazzjoni effettiva tal-libertà reliġjuża u l-promozzjoni ta’ inizjattivi konġunti għall-ġid komuni”.

“Il-preżenza tagħkom hawn illum hija nnifisha sinjal ta’ tama,” qal lid-delegati Buddisti. “B’dawn is-sentimenti, inħeġġiġkom tipperseveraw fid-djalogu fratern tagħkom u fir-relazzjonijiet tajbin tagħkom mal-Knisja Kattolika f’pajjiżkom, f’ġieħ il-paċi u l-armonija”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-francis-mongolia-buddhist-delegation-non-violence.html

%d bloggers like this: