Fil-konklużjoni tar-Reġina Coeli, il-Papa Franġisku qal lis-Sibt 27 ta’ Awwissu, se jsir Konċistorju li fih ser isiru 21 Kardinal ġdid. “Ejjew nitolbu biex jgħinuni fil-missjoni tiegħi bħala Isqof ta’ Ruma għall-ġid tal-poplu kollu ta’ Alla”. Il-Papa qal ukoll li fil-jumejn ta’ wara, jiġifieri 29 u 30 ta’ Awwissu, ser jiltaqa; mal-kardinali kollha biex jirriflettu flimkie fuq il-Kostituzzjoni Appostolika l-ġdida Prædicate Evangelium.
Il-Kulleġġ tal-Kardinali bħalissa jikkonsisti minn 208 Kardinali, li minnhom 117 huma eletturi u 91 mhux eletturi. Mis-27 ta’ Awwissu, n-numru se jikber għal 229 Kardinali, li minnhom 131 se jkunu eletturi.
Tmienja mill-Kardinali l-ġodda huma mill-Ewropa, sitta mill-Asja, tnejn mill-Afrika, wieħed mill-Amerika ta’ Fuq, u erbgħa mill-Amerika Ċentrali u Latina.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-05/pope-announces-21-new-cardinals-from-around-the-world.html