“Dak li ġara lbieraħ jinsab fuq l-aħbarijiet kollha fin-Niġerja”, hekk qal il-Kardinal Onaiyekan, u kulħadd jinsab ixxukkjat u jikkundana unanimament dak li ġara.
Nhar il-Ħadd, il-Papa Franġisku mill-ewwel esprima n-niket tiegħu għall-vittmi tal-attakk fil-belt ta’ Owo fil-Lbiċ tal-Istat Ondo tal-pajjiż, fejn irġiel armati mhux magħrufa fetħu n-nar fuq il-fidili li kienu fil-Knisja ta’ San Franġisk Saverju, u qatlu mill-inqas 50 persuna, fosthom tfal. Il-Papa l-Ħadd filgħaxija talab għall-pajjiż, “li ġie attakkat bi tbatija fi żmien ta’ ċelebrazzjoni”.
It-Tnejn, waqt li kien qed jitkellem mar-Radju Vatikan, il-Kardinal Onaiyekan innota li l-attakk huwa biss l-aħħar wieħed minn sensiela twila ta’ episodji vjolenti li fihom inqatlu nies innoċenti. “Din partikolari ta’ lbieraħ, fil-Festa ta’ Pentekoste, kienet partikolarment xokkanti”, qal; filwaqt li nnota li ebda grupp wieħed fin-Niġerja ma appoġġja jew iddefenda dak li ġara.
Il-Kardinal kompla jispjega li saru sforzi biex “nevitaw dak li jsejħu ġudizzju: għandna nevitaw li ngħidu dawn huma Musulmani sfaċċati li joqtlu lill-Kristjani Kattoliċi”. Naturalment, kompla, meta l-Ħadd sar l-attakk kontra knisja, huwa prattikament impossibli li jiġi evitat lin-nies “ikollhom sens li jħossu li ġew attakkati għax huma Kristjani”.
Tkun xi tkun ir-raġuni għall-attakk, żied jgħid, din il-ħaġa “ma tgħinx fl-isforzi li qed nagħmlu għar-relazzjonijiet tajbin bejn il-Kristjani u l-Musulmani fin-Niġerja”, għalkemm dan mhux se jwaqqaf l-isforzi tagħna li jkomplu.
“Nafu li l-unika soluzzjoni għall-problema hija li l-Insara u l-Musulmani jingħaqdu u jiffaċċjaw dawn il-kriminali flimkien”.
Il-Kardinal ikkonferma li s’issa, l-identità ta’ dawk li attakkaw mhix magħrufa, iżda żvela li dawk li rawhom qalu li kienu ragħajja Musulmani.
Il-gverna u l-awtoritajiet ċivili, kompla, qed jitolbu liċ-ċittadini biex ma jgħaġġlux għall-konklużjonijiet imma jistennew l-investigazzjoni tagħhom. Sfortunatament, il-Kardinal Oneiyakan qal li ftit li xejn hemm fiduċja fl-isforzi li l-awtoritajiet jgħidu li qed jagħmlu u ftit li xejn fiduċja fil-kapaċità tagħhom li jagħmlu investigazzjoni xierqa. Kien hemm ħafna każijiet fil-passat, spjega, fejn il-gvern ħareġ, ikkundana dak li ġara, wiegħed li jsegwi lill-qattiela…. “u mbagħad ma ġara xejn!” “U għadna qed nistennew. Huwa terribbli. M’għandu jiġri f’ebda nazzjon,” kompla l-Kardinal, u maqdar għall-impunità mifruxa fin-Niġerja.
Barra minn hekk, temm jgħid, minkejja li l-mexxejja Niġerjani huma ċarament “li ma jistgħux iwettqu”, bħalissa qed jikkapanjaw biex jiġu eletti mill-ġdid, biex jerġgħu lura fil-poter u jkomplu bl-istess gvern. “Nittama li l-elezzjoni tista’ tagħmel differenza”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2022-06/nigeria-shooting-church-pentecost-cardinal-onaiyekan.html