Malta Missjunarja ta’ Ġunju 2022

Print Friendly, PDF & Email

Tul ix-xhur li għaddew semmejna ħafna dwar l-Opra tal-Propagazzjoni tal-Fidi li waqqfet Santa Pauline, li għadha kemm ġiet iddikjarata qaddisa minn Papa Franġisku. Lura lejn is-sena 1833, rat il-bidu tagħha l-Fondazzjoni tal-Istabbiliment ta’ Loretto. Pauline bniet komunità ta’ tfajliet pijużi żgħar, li sejħitilha ‘Il-bniet ta’ Marija’, u nofs triq ’il fuq mill-għoljiet ta’ Fourvière waqqfet għalihom dar li sejħitilha Loretto, billi ħasbet fid-dar tal-Familja Mqaddsa.

Matul ix-xahar ta’ Ġunju tista’ taqra aktar dwar Santa Pauline Marie Jaricot, fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta.

F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob.

Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin.

F’artiklu nsibu l-Messaġġ tal-Qdusija Tiegħu Papa Franġsiku għall-Ġurnata Missjunarja 2022 bit-tema: “Tkunu xhieda tiegħi” (Atti 1:8). Artiklu ieħor ilaqqana ma’ Dun Jai, missjunarju li ilu diversi snin iservi fil-komunità ta’ Kuditini fl-Indja.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

Ara l-Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Ġurnata Missjunarja 2022 …

%d bloggers like this: