Il-Kelma “Grazzi”, hija l-kelma ripetuta għal diversi drabi mill-kap tal-Knisja Griega-Kattolika Ukrena, l-Arċisqof Maġġuri Sviatoslav Shevchuk ta’ Kyiv-Halyč. Din il-gratitudni jesprimija l-ewwel u qabel kollox lill-Papa Franġisku talli wissa lid-dinja – hekk kif issa ilha sitt xhur minn mindu Russja invadiet l-Ukrajna – li wkoll hija ‘theddida globali’ li jirrappreżenta l-kunflitt li għaddej fl-Ukrajna.
Grazzi oħra jestendija lis-saċerdoti, patrijiet u l-isqfijiet kollha li ma abbandunawx lin-nies taħt it-theddida kontinwa tal-bumbardament. Huwa wassal ukoll aktar apprezzament lill-Ewropa, li fetħet il-bibien tagħha għar-refuġjati Ukreni, li xi wħud minnhom ġew milquha mill-familjari tagħhom stess.
Meta tkellem fuq it-telefonata mal-Midja Vatikana, li permezz tiegħu, huwa offra l-barka minn Kiev, l-Arċisqof Maġġuri Shevchuk jappella għas-solidarjetà internazzjonali. Jgħolli l-ħsibijiet tiegħu lejn id-dimensjoni traxxendentali ta’ dak li l-Papa stigmatizza bħala barbarità, fejn afferma li l-gwerra hija “misteru tal-ħażen… lil hinn minn kull ħakma u kontrol uman, anke lil hinn minn dak ta’ dawk li pprovokawha”.
“Alla biss”, qal, “jista’ jiftaħ it-toroq biex jibni l-paċi f’nofs din il-gwerra”.
Għal intervista kollha, kif ukoll għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2022-08/interview-with-major-archbishop-sviatoslav-shevchuk-of-ukraine.html