Il-Papa: Id-diversità tal-ministeri hi rikkezza għall-Knisja

Print Friendly, PDF & Email

Il-Kardinal Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat, wassal l-awguri kordjali tal-Papa Franġisku lill-president taċ-Ċentru ta’ Azzjoni Liturġika tal-Italja, l-Arċisqof Claudio Maniago ta’ Catanzaro-Squillace, u lill-parteċipanti kollha nvoluti. Qal lit-tema li qed jiddiskutu – ‘Ministeri għas-Servizz ta’ Knisja Sinodali’ – “għandha sinifikat partikolari għall-Knisja fil-mument storiku preżenti”. Il-Kardinal Parolin fakkar fi kliem il-Papa dwar it-triq sinodali li għamlet il-Knisja u l-ħtieġa li nsiru “esperti fl-art tal-akkoljenza”, u li nkunu disponibbli biex ngħinu lil xulxin “biex id-diversità ta’ kariżmi, vokazzjonijiet u ministeri tarrikkixxina”.

Il-jiem ta’ studju li għadhom kif bdew ġabru flimkien isqfijiet, qassisin, djakni, reliġjużi rġiel u nisa, u bosta lajċi. S-Segretarju tal-Istat qal, “It-tama tal-Qdusija Tiegħu hija li din il-laqgħa ta’ esperti fil-qasam, li tpoġġi lilha nnifisha għas-servizz tal-kura pastorali tal-Knisja fl-Italja, tikkontribwixxi għall-fehim teoloġiku-liturġiku-pastorali ta’ realtà minsiterjali, li tiftaħ perspettivi għad-dixxerniment pastorali mill-komunità ekkleżjali”.

Il-Kardinal Parolin imbagħad fakkar fid-diversi kontribuzzjonijiet tal-Maġisteru Papali dwar il-ministerjalità bħall-motu proprio Ministeria quædam, li sar 50 sena ilu, meta “l-Papa San Pawlu VI irreveda l-qasam kollu tal-ordnijiet minuri, billi ppreserva dawk tal-Lettur u tal-Akkolitu bħala ministeri istitwiti, u mhux aktar meqjusa bħala riservata għall-kandidati għas-Sagrament tal-Ordni Sagri”. Proprju minn dan id-dokument, spjega l-Kardinal Parolin, liċ-Ċentru ta’ Azzjoni Liturġika “jipproponi bir-raġun riflessjoni dwar l-animazzjoni liturġika tal-Poplu ta’ Alla kollu”. Qal li l-Papa jħares lejn it-tiġdid tal-Knisja f’direzzjoni dejjem aktar ‘tal-komunità’ u inqas klerikali.

Bil-motu proprio Spiritus Domini, l-Papa Franġisku jegħleb ir-restrizzjoni li eskludiet lin-nisa mill-aċċess għall-ewwel żewġ ministeri, filwaqt li bil-motu proprio Antiquum Ministerium, jagħti lill-Knisja “r-rwol tal-ministeru istitwit tal-Katekista”. Huwa fuq din il-mogħdija ta’ approfondiment ta’ “ministerialità” diversifikata li hija bbażata l-laqgħa, kompla l-Kardinal Parolin, dejjem fakkar li kull ministeru fil-Knisja jrid ikun ispirat mill-ispirtu ta’ servizz kif mgħix minn Ġesù. Qal li dawn id-diskussjonijiet joffru opportunità biex jiħi evalwat il-kontribut li sar lill-ħajja ekkleżjali u l-promozzjoni ta’ dawn l-istess ministeri.

Knisja mifhuma bħala “misteru ta’ kommunjoni”, osserva l-Kardinal Parolin, titfa’ dawl akbar fuq l-irwol tal-lajċi, u tagħmilha kwistjoni li “trawwem fil-fidili lajċi għarfien aktar ċar tal-vokazzjoni tagħhom li tiġi espressa f’pluralità ta’ dmirijiet”. Iżda wissa li “meta nittrattaw dawn il-kwistjonijiet irridu noqgħodu attenti li ma nħalltux is-saċerdozju universali u s-saċerdozju ministerjali, u li ninterpretaw b’mod arbitrarju l-kunċett ta’ ‘sostituzzjoni’, ‘klerikalizzar’, u b’hekk nirriskjaw il-ħolqien ta’ struttura ekkleżjali de facto ta’ servizz parallel ma’ dak imwaqqaf fuq is-Sagrament tal-Ordni Sagri”.

Il-Kardinal Parolin temm il-messaġġ billi assigura lill-parteċipanti kollha fil-Konferenza, li tikkonkludi il-Ħamis, 25 ta’ Awwissu, bit-talb u l-barka tal-Papa Franġisku, u żied it-tamiet tiegħu stess għal kull suċċess b’din “l-inizjattiva pastorali importanti”. 

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-08/pope-diversity-of-ministries-a-richness-for-church.html

%d bloggers like this: