Il-Papa jitlob għall-vittmi tal-gwerra hekk kif il-kunflitt fl-Ukrajna jimmarka sitt xhur.

Print Friendly, PDF & Email

Fi tmiem l-Udjenza Ġenerali, l-Papa Franġisku ġedded l-istedina tiegħu lil kulħadd biex jitolbu għall-paċi mingħand il-Mulej “għall-maħbub poplu Ukren li ilu sitt xhur ibati l-kruhat tal-gwerra”. L-Qdusija Tiegħu fakkar fis-sitwazzjoni perikoluża li tikkonċerna l-impjan nukleari ta’ Zaporizhia, u talab li jittieħdu passi konkreti biex jiġi evitat ir-risku ta’ katastrofi. L-Papa fakkar ukoll fil-priġunieri kollha tal-gwerra, u qal li huma qegħdin f’qalbu, speċjalment dawk f’kundizzjoni prekarja, u talab li l-awtoritajiet jaħdmu għall-ħelsien tagħhom.

Il-Papa Franġisku fakkar b’mod partikolari fil-ħafna tfal li mietu, kif ukoll fil-ħafna midruba u refuġjati, filwaqt li saħaq kemm hemm ordni issa, kemm Ukreni kif ukoll Russi, u qal “l-orfni m’għandhomx nazzjonalità, tilfu lil missierhom jew lil ommhom, kemm jekk Russi jew Ukreni”.

Il-Papa kompla jisħaq, kemm innoċenti qed isofru tant moħqrija, iħallsu għall-bluha tal-gwerra, “l-ġenn, l-ġenn minn kull naħa – għax il-gwerra hija ġenn”. Huwa fakkar ukoll fiż-żagħżugħa maqtula f’karozza bomba qrib Moska. “L-ġenn tal-gwerra”, qal. “Naħseb f’dik l-imsejkna tfajla li ġiet sploduta minn bomba taħt is-seat tal-karozza tagħha, f’Moska. L-innoċenti qed iħallsu għall-gwerra, l-innoċenti! Ejjew naħsbu f’din ir-realtà u ngħidu lil xulxin: il-gwerra hija ġenn”. Il-Papa qal ukoll lil dawk li qed japprofittaw mill-kummerċ tal-armi bħala delinkwenti li qed joqtlu l-umanità.

Bħala konklużjoni, l-Papa Franġsiku appella biex niftakru t-tbatija f’pajjiżi oħra fejn il-gwerra ħolqot ħerba, fosthom fis-Sirja għal aktar minn għaxar snin, il-Jemen, fejn tant tfal qed imutu bil-ġuħ, u r-Rohingya fil-Myanmar li huma mġiegħla jaħarbu minn arthom minħabba l-inġustizzja.

Illum b’mod speċjali, l-Papa qal li niftakru fl-Ukrajna u r-Russja, ż-żewġ pajjiżi li huma kkonsagrati lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, fejn talab biex, “hi bħala Omm tara dawn iż-żewġ pajjiżi – l-Ukrajna u r-Russja – u li twasslilna l-paċi. Għandna bżonn il-paċi”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-08/pope-prays-for-war-victims-as-ukraine-conflict-marks-six-months.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading