Il-Papa Franġisku jirritorna Ruma mill-Każakstan

Print Friendly, PDF & Email

Fi tmiem il-Vjaġġ Appostoliku tiegħu ta’ 3 ijiem għar-Repubblika tal-Każakstan, il-Ħamis wara nofsinhar il-Papa Franġsiku reġa’ lura Ruma min-nazzjon tal-Asja Ċentrali. L-ajruplan tal-Papa telaq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Nur-Sultan fil-5:17pm ħin lokali u niżel fl-Ajruport ta’ Fiumiċino ta’ Ruma fit-8:01pm ħin ta’ Ruma.

Il-Qdusija Tiegħu qatta’ dawn l-aħħar tlett ijiem iżur il-kapitali tal-Każakistan, li kienet il-post tas-7 Kungress tal-mexxejja tar-Reliġjonijiet Dinjija u Tradizzjonali li sar mill-14 sal-15 ta’ Settembru. L-Papa pparteċipa fil-Kungress Interreliġjuż u indirizza lill-parteċipanti waqt is-sessjoni tal-ftuħ u l-plenarja tal-Erbgħa, u s-sessjoni tal-għeluq tal-Ħamis.

Il-vjaġġ ippreżenta wkoll lill-Papa l-opportunità li jiltaqa’ mal-awtoritajiet Każaki. Mal-membri tal-kleru u l-poplu ta’ Alla. L-qofol taż-żjara tiegħu kienet l-Erbgħa meta ppresieda l-Quddiesa fil-grawnd tal-Expo.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-09/pope-francis-apostolic-journey-kazakhstan-congress-departure.html

%d bloggers like this: