Il-Papa: “Diffiċli tiddjaloga ma’ min beda gwerra, imma jrid isir”

Print Friendly, PDF & Email

“Irridu niddjalogaw dejjem”. Dan kien il-kliem tal-Papa Franġisku huwa hu jwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti li akkumpanjawh fil-Każakstan, fit-titjira tiegħu lura lejn Ruma, huma u jiddiskutu l-gwerra fl-Ukrajna, id-dritt ta’ nazzjoni li jiddefendi lilu nnifsu, u t-traffikar tal-armi.

Il-Papa tkellem ukoll dwar ir-rwol tal-politika u tal-Punent fi kriżi ta’ valuri li qed tirriskja li tiġġenera l-populiżmu. Waqt li kien qed iwieġeb dwar is-sitwazzjoni fil-Ġermanja, l-Papa Franġisku spjega li l-Knisja għandha bżonn rgħajja, mhux pjanijiet pastorali.

Fil-bidu tal-konferenza tal-aħbarijiet, il-Papa awgura lill-ġurnalista ta’ Avvenire Stefania Falasca, f’għeluq snina, mbagħad kellu kejk li ġie servut biex jiċċelebraw.

Għal mistoqsijiet u tweġibiet kollha u għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-09/pope-francis-kazakhstan-inflight-press-conference-ukraine-china.html

%d bloggers like this: