Waqt li ppresieda Quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru offruta b’suffraġju għall-Kardinali u l-Isqfijiet li mietu matul is-sena, il-Papa Franġisku nnota li laqtuh żewġ kelmiet mill-qari li għadhom kif semgħu: stennija u sorpriża.
Beda mill-ewwel kelma, l-Papa nnota li l-‘istennija’ tesprimi t-tifsira tal-ħajja, “għax ngħixu fl-istennija tal-laqgħa: l-laqgħa ma’ Alla, li hija r-raġuni tat-talb ta’ interċessjoni tagħna llum”. Spjega li lkoll ngħixu fl-istennija, bit-tama li xi darba nisimgħu dak il-kliem ta’ Ġesù: “Ejjew, imbierka minn Missieri” (Mt 25,35).
Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jistaqsu lilhom infushom, “kif inhi l-istennija tiegħi? Immur għall-essenzjali jew inkunu distratt b’ħafna affarijiet superfluwi? Nikkultiva t-tama jew nibda ngerger għax marbut wisq ma affarijiet li m’humiex importanti?”
Hekk kif nistennew l-għada, l-Papa nnota li aħna mgħejjuna mill-Evanġelju tal-lum. Huwa hawnhekk, kompla, li tidħol it-tieni kelma, ‘sorpriża’. Hemm sorpriża kbira li kull darba li nisimgħu Mattew kapitlu 25, qal il-Papa. “Tixbaħ lil dak il-protagonisti, li jgħidu: “Mulej, meta rajniek bil-ġuħ u tmajniek, jew bil-għatx u sqejniek?” (Mt 25,37). Permezz tal-frażi, “Meta qatt..?” il-Papa qal, “is-sorpriża ta’ kulħadd, l-istagħġib tal-ġusti u l-iskantament tal-inġusti huma espressi”.
B’dan l-istess mod, kompla, nistennew li l-ġudizzju fuq il-ħajja u fuq id-dinja ssir taħt il-bandiera tal-ġustizzja, quddiem tribunal deċiżiv li, billi jgħarbel kull element, jitfa’ dawl fuq sitwazzjonijiet u intenzjonijiet għal dejjem. “Minflok, fit-tribunal divin, l-uniku kap ta’ mertu u akkuża hija l-ħniena lejn il-foqra u l-imwarrbin: L-Għoli jgħammar fl-iżgħar, Hu li jgħammar fis-smewwiet jgħammat fost l-aktar insinifikanti għad-dinja,” qal il-Papa.
“Ejjew ma nkunux sorpriżi wkoll”, ħeġġeġ il-Papa. Waqt li rrifletta fuq il-frażi, “Meta qatt?”, il-Papa Franġisku nnota li kemm il-ġust kif ukoll l-inġust jistaqsu lilhom infushom b’sorpriża. “It-tweġiba hija waħda biss: il-‘meta’ huwa issa. Hija f’idejna, fl-opri tal-ħniena tagħna: mhux f’analiżi illustrati, mhux f’ġustifikazzjonijiet soċjali jew individwali”.
Illum, temm jgħid il-Papa, l-Mulej ifakkarna li l-mewt tiġi biex tagħmel verità tal-ħajja u tneħħi kull tnaqqis fiċ-ċirkostanza għall-ħniena. Fl-aħħarnett, il-Papa nnota li “l-Evanġelju jispjega kif ngħixu l-istennija: immorru niltaqgħu ma’ Alla billi nħobbu għax Hu mħabba. U dakinhar tat-tmiem tagħna, s-sorpriża tkun waħda ta’ ferħ jekk issa nħallu lilna nnfusna nissorprendu bil-preżenza ta’ Alla, li jistenniena fost il-foqra u l-miġarbin tad-dinja. U jistenna li jiġi kkurat mhux bil-kliem, imma bl-imħabba ta’ Alla”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-11/pope-francis-mass-homily-suffrage-deceased-cardinals-bishops.html