Ġwanni Pawlu II fil-kanonizzazzjoni tal-Beatu Krispinu da Viterbo

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦALL-KANONIZZAZZJONI TAL-
BEATU KRISPINU DA VITERBO
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ San Pietru
20 ta’ Gunju 1982

 Għeżież ħuti.

1. Dan huwa jum sollenni għalina, mistednin biex nikkuntemplaw il-glorja ċelesti u l-ferh li ma jiċċaqlaqx ta’ Krispin da Viterbo, innumerat mill-Knisja fost in-numru tal-Qaddisin, fost dawk li laħqu wara l-pellegrinaġġ terren, il-viżjoni bejatifika tal-Alla l-ħaj, Missier, Iben u Spirtu Santu, waqt li joffrilna konferma nkuraġġanti tal-affermazzjoni pawlina: “it-tbatijiet taż-żmien preżenti ma jitqabblux mal-glorja futura li trid tiġi rrivelata lilna” (Rm 8,18).

Jum ta’ ferħ speċjalment għar-reliġjużi tal-Ordni Franġiskan tal-Aħwa Minuri Kapuċċini, li waqt li jifirħu għall-iunir attribut lil dan il-konfratell, li kellu ġuħ u għatx tal-ġustizzja u safa mxebbà (cf. Mt 5,6), jgħollu r-ringrazzjament tagħhom  lill-Omnipotenti għat-tjubija ħanina li biha ried jirregala lilhom konfessur ġdid tal-fidi, li, f’din is-sena ċelebrattiva tat-tminn ċentinarju mit-twelid ta’ San Franġisk iżidu mal-qaddisin l-oħra tal-Familja l-kbira tal-Kapuċċini.

Bid-dikjarar ta, San Krispin da Viterbo, billi tiddikjara li hu jkun devotement meqjum bħala tali, ad unur tat-Trinità qaddisa u għaż-żieda tal-ħajja nisranija (cf. Formula Canonizationis), il-Knisja tassikurana li r-reliġjuż umli issielet il-ġlieda t-tajba, żamm il-fidi, ippersevera fil-karità, billi segwa l-kuruna tal-ġustizzja imħejjija għalih mill-Mulej (cf. 2Tm 4,7-8). Verament Fra’ Krispin, tul ħajtu terrena, qagħad quddiem il-Mulej, għas-servizz tiegħu, u l-Mulej issa u għal dejjem huwa il-wirt feliċi tiegħu (cf. Dt 10,8-9).

Biex isegwi lil Kristu Ġesù, huwa ċaħad lilu nnifsu, jiġifieri l-ideali purament umani, u  refà salibu,  it-tbatija ta’ kuljum, il-limiti personali u ta’ oħrajn, konċernat biss li jimita lill-Imgħallem divin, biex hekk isalva ħajtu f’sens perfett u definittiv (cf. Mt 16,23-25). “Infatti x’vantaġġ ikollu l-bniedem jekk jirbaħ id-dinja kollha, u mbagħad jitlef ruħu?” (Mt 16,26). Il-midstoqsija evanġelika, moqriha iss-issa, tisfidana u tistedinna niffissaw ħarsitna fuq dik id-destinazzjoni feliċi, li hija diġa pusses tal-qaddis tagħna u li wkoll għalina hija riservata b’ċertezza assoluta, fil-qies li fih inkunu nafu nċaħħdu lilna nfusna u nsegwu lill-Mulej billi nġorru l-piż tal-jum tagħna ta’ ħaddiema bieżla.

Titlà, f’dan il-waqt, il-gratitudni mqanqla tagħna lejn Alla, awtur tal-Grazzja, li mexxa lill-qaddej fidil tiegħu Krispin għall-ogħla perfezzjoni evanġelika, billi fl-istess ħin nitolbu, għall-intercessjoni tiegħu, li “nipprattikaw bla naqtgħu l-virtù vera, li għaliha hija mwegħda l-paċi beata tas-sema” (Oratio diei).

2. U issa rridu nirriflettu b’mod partikolari dwar il-messaġġ ta’ Qdusija ta’ Fra’ Krispin da Viterbo.

Kien il-perijodu tal-assolutiżmu tal-Istat, ta’ ġlidiet politiċi, ta’ idejologiji filosofiċi ġodda, ta’ inkwiet reliġjuż (aħsbu ftit dwar il-Ġanseniżmu), ta’ tbegħid progressiv mill-kontenut essenzjali tal-Kristjaneżmu. L-umanità fid-dwejjaq  storiku doloruż tagħha, fit-tiftix inċessanti ta’ skopijiet ta’ progress u ta’ kumdità iktar għolja, hija  ripetutament ittentata minn awtonomija falza, ta’ rifjut tal-kategoriji evanġeliċi, li għalihom għandha bżonn essenzjali ta’ qaddisin, jiġifieri ta’ mudelli li jesprimu konkretament, b’mod dirett, ir-realtà tat-Traxxendenza, il-valur tar-Rivelazzjoni u tar-Redenzjoni mwettqa minn Kristu.

Dan appuntu, fis-seklu awtosuffiċjenti tad-dawl, li fih għex, kien il-missjoni ta’ San Krispin da Viterbo, raħeb umli kapuċċin, kok, infermier, ġardinar u mbagħad għal kważi erbgħin sena kwestur f’Orvieto, fis-servizz tal-kunvent tiegħu. Mill-ġdid għal darb’oħra, bi ħniena divina, il-kliem profetiku ta’ Ġesù sab f’dan il-qaddis umli twettiq elokwenti. “Imbierkek, o Missier, Mulej tas-sema u l-art, għaliex dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lill-għorrief u lill-intelliġenti u għarrafthom liċ-ċkejknin. Iva, o Missier, għaliex hekk għoġob lilek” (Mt 11,25-26). Alla jwettaq meravilji permezz tal-opra tal-umli, tal-imwarrbin u tal-foqra, sabiex jingħaraf li kull żieda feddejja, ukoll terrena, tikkorrispondi ma’ pjan ta’ mħabbtek.

3. L-ewwel aspett ta’ qdusija li nixtieq ninnota f’San Krispin huwa dak tal-ferħ. Id-Dħulija tiegħu kienet magħrufa mal-Orvjetani kollha u ma’ kull min kien jersaq lejh, u l-paċi ta’ Alla li tgħaddi kull intelliġenza kienet tgħasses qalbu u ħsibijietu (cf. Fil 4,5-7). Ferħ franġiskan dan tiegħu, sostnut minn karattru għani minn komunikattiva u miftuħa għall-poeżija, imma fuq kollox derivanti minn imħabba kbira lejn il-Mulej u fiduċja ndomitabbli fil-Providenza tiegħu. “Min iħobb lil Alla b’purità tal-qalb – kien imdorri jgħid – jgħix feliċi mbagħad kuntent imut”.

4. It-tieni atteġġjament eżemplari huwa bla ebda dubju dak tad-disponabiltà erojka lejn sħabu l-patrijiet, kif ukoll lejn il-fqar u dawk fil-bżonn ta’ kull kategorija. Għal dan il-għan, infatti, nistgħu ngħidu li l-impenn ewlieni ta’ Fra Krispin,, waqt li umilment kien jiġbor il-mezzi ta’ għixien għall-familja konventwali tiegħu, kien dak li jirregala lill kulħadd  għajnuna spiritwali u materjali, billi jaqsam espressjonijiet ħajjin ta’ karità. Għandha tassew mill-inkredibbli l-opra tiegħu mwettqà fil-kamp reliġjuż u assistenzjali, għall-paċi, il-ġustizzja u l-prosperità vera. Ħadd ma kien jaħrab mill-attenzjoni tiegħu, mill-premuri tiegħu, mill-qalb tajba tiegħu, u hu kien jgħin lil kulħadd billi jasal għar-riżorsi l-iktar perċettivi u wkoll għal interventi. Li jippreżentaw ruħhom fil-kwadru tal-istraordinsarju.

5. Impenn ieħotr partikolari ta’ ħajtu qaddisa kien dak li jwettaq katekeżi itinerant. Huwa kien “lajk għaref”, li kien jiikkultiva bil-mezzi għad-dispożizzjoni tiegħu l-għarfien tad-Duttrina Nisranija, billi ma jinjorax, fl-istess ħin, li jgħallem lill-oħrajn l-istess verità. Iż-żmien tal-ġbir kien iż-żmien tal-evanġelizzazzjoni.

Kien iħeġġegġ għall-fidi u għall-prattika reliġjuża b’lingwaġġ sempliċi, gustuż popolarment, magħmul minn għidut u kwotazzjonijiet. Il-katekeżi għarfa tiegħu fis saret magħrufa u attirat personaġġi tal-ambjent ekkleżjastiku u ċivili, anzjużi li jagħmlu użu mill-parir tiegħu. Hawn hi, per eżempju, sintesi illuminanti u profonda tal-Hajja nisranija. “Il-qawwa ta’ Alla toħloqna, l-għerf ta’ Alla jiggvernana, il-ħniena ssalvana”. L-għidut kien ibaqbaq minn qalbu, lest li joffri mal-ħobż li jsostni l-ġisem, l-ikel li ma jintemmx: id-dawl tal-fidi, il-kuraġġ tat-tama, in-nar tal-imħabba.

6.Fl-aħħarnett nixtieq nenfasizza d-devozzjoni ħelwa u fl-istess ħin enerġetika lejn Marija Santissma, li hu kien isejjaħ is-“Sinjura Ommi” u li taħt il-protezzjoni tagħha kien imexxi ħajtu ta’ nisrani u reliġjuż. Fl-interċessjoni ta’ Omm Alla fra Krispin afda suppliki u uġigħat umani li magħhom kien jiltaqà għal għonq it-triq tal-ġbir tiegħu, u meta kien jiġi mħeġġeġ għat-talb għal każijiet u siwazzjonijiet gravi kien imdorri jgħid: “Ħalluni nitkellem ftit mas-Sinjura Ommi u mbagħad niġi lura”. Tweġiba sempliċi, imma ssolutament mimlija għerf nisrani, li kien juri kunfidenza totali fl-attenzjoni materna ta’ Marija.

7. Il-ħajja moħbija, umli u ubbidjenti ta’ San Krispin, għanja bl-opri ta’ karità u ta’ għerf ispirat, twassal messaġġ lill-umanità tallum, li bħal dik tal-ewwel nofs tal-1700 tistenna l-passaġġ konfortanti tal-qaddisin. Huwa, iben awtentiku ta’ Franġisku ta’ Assisi, joffri lill-ġenerazzjoni tagħna, spiss intossikata mis-suċċessi tagħha, lezzjoni ta’ adeżjoni umli u fiduċjuża ma’ Alla u mal-pjanijiet ta’ salvazzjoni tiegħu; ta’ mħabba lejn il-faqar u l-foqra; ta’ ubbidjenza lejn il-Knisja; ta’ affidament lejn Marija, sinjal grandjuż ta’ ħniena divina wkoll fis-sema mdallam ta’żmienna, skont il-messaġġ inkuraġġjanti  li jirriżulta minn Qalbha Mmakulata għall-ġenerazzjoni preżenti.

Ejjew ngħollu t-talb tagħna lill-Qaddis tagħna li laħaq il-ferħ definittiv tas-sema fejn “la teżisti l-mewt, linqas vistu, linqas inkwiet, għaliex il-ħwejjeġ ta’ qabel għaddew” (Ap 21,4).

O San Krispin, biegħed minna t-tentazzjoni tal-ħwejjeġ kaduki u nsuffiċjenti, għallimna nifhmu l-veru valur tal-pellegrinaġġ terren tagħna, tina l-kuraġġ meħtieġ biex inwettqu dejjem fost il-ferħ u n-niket, bejn tbatija u tama, ir-rieda tal-Iktar Għoli.

Interċedi għall-Knisja u għall-umanità kollha, li tinħtieġ l-imħabba, il-ġustizzja u l-paċi.

Amen! Alleluia!

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: