Ġwanni Pawlu Ii fis-Solennità ta’ San Pietru u San Pawl

Print Friendly, PDF & Email

SOLENNITÀ TAL-QADDISIN APPOSTLI PIETRU U PAWLU
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika ta’ San Pietru,
29 ta’ Ġunju 1982

 1. “Imbierek il-Mulej kull ħin, / fuq fommi dejjem it-tifħir tiegħu” (Sal 33 [34],1).

B’dan il-versett tas-Salm nixtieq insellem lill-parteċipanti kollha fl-Ewkaristija, li qegħdin niċċelebraw fil-Bażilika Rumana tagħna fil-jum tas-sollennità tal-qaddisin Pietru u Pawlu.

Insellem lilek, illustri Metropolita Melitone li bħal kull sena, twasslilna hawn il-bewsa tal-paċi ta’ ħuna Dimitrios I, Arċisqof ta’ Kostantinoplii u Patrijarka Ekumeniku. Insellem lill-Mistednin u u l-Pellegrini kollha.

Insellem lilkom, illustri Kardinali tal-Knisja Rumana; lilkom Arċisqfijiet u Isqfijiet. Lilkom, saċerdoti, reliġjużi rġiel u reliġjużi nisa.

Insellem lilkom, Rumani.

“O Roma felix, quae tantorum principum / es purpurata pretioso sanguine…”.

O Ruma! Ismà, hekk hu, diġa għal iktar minn dsatax il-seklu jidwi hawn il-kantiku komuni: ikantaw flimkien Pietru tal-Galilea u Pawlu ta’ Tarsu, Prinċpijiet tal-Appostli. Kull wieħed itenni l-kliem tas-Salm: “imbierek il-Mulej kull ħin. / tifħiru dejjem fuq fommi”.

Ejjew nerġgħu naqbdu magħhom dan il-kantiku ta’ tifħir u ta’ radd il-ħajr, fil-jum li fih tkantah il-Knisja kollha.

2. Ejjew nimmeditaw mill-ġdid għal darb’oħra dwar l-opri kbar li l-Missier ċelesti wettaq fl-Appostli tiegħu.

Fl-inħawi ta’ Ċesarea ta’ Filippu Pietru jismà minn xuftejn Ġesù l-kliem: “Imbierek int Xmun bin Ġona, għaliex la l-laħam u linqas id-demm ma rrivelawulek, imma Missieri li jinsab fis-smewwiet” (Mt 16,17).

Pietru jismà dan il-kliem ferm qabel ma ġie Ruma.  Dan jitkellem dwar dak li wettaq fih il-Missier ċelesti. Il-Missier ċelesti ppermettielu li jistqarr il-misteru ta’ Kristu, Bin il-bniedem: “Inti l-Kristu, l-Iben ta’ Alla l-ħaj” (Mt 16,16).

Ġesù jistaqsi, Pietru jwieġeb, Huwa jwieġeb f’isimhom kollh – Kristu, infatti, kien staqsa “Intom min tgħidu li jien?” (Mt 16,15) – u jwieġeb Pietru, hu biss. Ġesù jaċċetta t-tweġiba u jfaħħar id-don ta’ Alla, don inviżibbli, immaturat fil-kliem ta’ Pietru. Kristu jeloġja l-fidi li fiha, bħal fuq blata, jibni l-Knisja. U jsejjaħ lil Pietru l-blata.

Ejjew illum imbierku lil Alla għall-blata tal-fidi, li huwa jqiegħed fil-qalb sempliċi tas-sajjied tal-Galilea!

Hekk hu: Ruħu tigglorifika ruħha fil-Mulej, / jisimgħu l-umli u jifirħu (cf. Sal 33 [34],2).

3. Dan seħħ żmien ferm qabel l-wasla f’Ruma, imma diġa iktar qrib fiż-żmien.

Illum nerġgħu naqraw mill-“Atti tal-Appostli” il-ġrajjiet ta’ lejl, l-istess bħalma rġajna qrajna l-ġrajjiet ta’ Ċesarea, deskritti fil-Vanġelu ta’ Mattew. Pietru kellu jiftakru dejjem dak il-lejl, l-istess bħal ma ftakar il-jum mgħoddi fl-inħawi ta’ Ċesarea ta’ Filippu.

Dak il-lejl Pietru linqas ma kien intebaħ li dak li kien għaddej minnu permezz tal-Anġlu kien realtà: Kien emmen… li kien għaddej minn viżjoni (cf. At 12,9).

Infatti, kien sab ruħu fil-ħabs priġunier fuq ordni ta’ Erodi u mgħasses minn erbà għases kull waħda ta’ erbà suldati, u wara l-Għid kellu jiġi mogħti l-mewt.

Kien biss meta, iggwidat mill-Anġlu, kien qabes l-ewwel u t-tieni għassa; meta quddiemhom infetaħ il-bieb tal-ħadid li kien jagħti għall-belt; meta ħarġu u terrqu triq sħiħa, li Pietru, wara li ġie f’tiegħu, qal: “Issa jiena ċert li l-Mulej bagħat l-Anġlu tiegħu u ħelisni minn id Erodi u minn dak kollu li kien qiegħed jistenna l-poplu tal-Lhud” (At 12,11).

Ejjew illum niżżu ħajr lil Alli talli salva ħajjet Pietru f’Ġerusalem: “Fittixt il-Mulej u hu weġibni / u mill-biżà kollu tiegħi ħelisni” (Sal 33 (34),5).

Ejjew illum niżżu ħajr lil Alla, għaliex f’Ġerusalem ħeles lil Pietru mill-biżà mortali u ppermettielu li jiġi Ruma, sabiex hawn iwaqqaf il-Knisja.

4. Ejjew illum niżżu ħajr lil Alla għal dak kollu li għamel fl-Appostli tiegħu, Pietru u Pawlu, tul il-korsa kollha ta’ ħajjithom: bit-tbatijiet tas-servizz tagħhom fid-dinja u f’Ruma.

“Il-Mulej… kien qribi u tani l-qawwa, sabiex permezz tiegħi iwettaq ix-xandir tal-messaġġ u setgħu jisimgħuh il-ġentili kollha”: hekk hu kif jikteb l-Appostlu Pawlu lil Timotju (2Tm 4,17).

5. Ejjew illum niżżu ħajr lil Alla għar-rebħa definittiva li l-Appostli Pietru u Pawlu wettqu hawn f’Ruma. Fiż-żminijiet ta’ Neruni.

Hekk hu, huma ttimbraw fuq din il-belt u fuq din il-Knisja s-siġill ta’ demmhom stess. Is-sinjal tal-martirju. Ix-xhieda ta’ mewthom.

“Id-demm tiegħi se jkun imxerred f’offerrta u wasal il-waqt li niftħu l-qlugħ. Iġġilidt l-battalja t-tajba, temmejt il-ġirja, żammejt il-fidi. Issa fadalli biss l-kuruna tal-ġustizzja li l-Mulej, imħallef ġust, se jagħtini f’dak il-jum l” (2Tm 4,6-8).

Ejjew niżżu ħajr lil Alla għal “dak il-jum”. Tali jum jiġġedded kull sena fil-liturġija tal-Knisja Rumana, id-29 ta’ Ġunju, jiġifieri llum.

Ejjew niżżu ħajr lil Alla: “Lilu l-glorja għal dejjem ta’ dejjem” (2Tm 4,18).

6. Nesprimi l-gratitudni tiegħi lilkom ilkoll, li ħadtu sehem f’dan ir-radd il-ħajr tal-Knisja Rumana;
– u lilek, illustri Metropolita Melitone;
– lilkom ilkoll, Mistiedna u Pellegrini;
– u lilkom, illustri Kardinali tal-Knisja Mqaddsa Rumana;
– u lilkom Arċisqfijiet u Isqfijiet;
– lilkom, saċerdoti, reliġjużi rġiel u reliġjużi nisa;
– u lilkom, Rumani. Lil kulħadd.

O Roma felix!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: