Ħsieb fuq il-qari tal-lum mill-APOKALISSI ta’ San Ġwann: 7 anġli

Print Friendly, PDF & Email

L-Erbgħa tat-43 Ġimgħa matul is-Sena Ċ: Iktar ma ssir midħla tal-ktieb tal-Apokalissi, tarah mill-iktar interessanti.

Fil-Quddiesa tal-lum, it-23 ta’ Novembru, l-Apokalissi jlaqqagħna ma’ 7 angli. In-numru seba’ hu numru bla tarf, b’differenza min-numru 666, li jissemma’ wkoll fl-Apokalissi, li hu n-numru tal-Bhima (il-forza tal-ħażen) u li hu numru limitat.

Il-ħażen jisfigura l-umanità tagħna u tad-dinja tagħna bil-vjolenza, il-firdiet u l-oppressjoni. Il-ħażin jitfixkel fih innifsu u ma jilħaqx il-milja tiegħu. It-tajjeb, simbolizzat min-numru 7, jasal għall-milja tiegħu. Għalhekk li llum qed nirċievu dan il-messaġġ ta’ tama.

Minn Joe Galea

%d bloggers like this: