Ġwanni Pawlu II fi Triveneto, Padova

Print Friendly, PDF & Email

VIŻTA PASTORALI F’PADOVA
KONĊELEBRAZZJONI SOLENNI MAL-ISQFIJIET TAT-TRIVENETO
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Padova,
12 ta’ Settembr 1982

1. “U beda jgħallimhom li Bin il-bniedem kellu jbati ħafna, u jkun imbagħad miċħud . . . u wara maqtul u, wara tlett ijiem, jerġà jqum” (Mk 8, 31).

Nqraw dan il-kliem fil-Vanġelu skont San Mark, li fih l-Appostli jwieġbu għad-domanda ta Kristu: “Min jgħidu n-nies li jien?” (Mk 8, 27).

Nafuha din id-domanda, u nafuhom t-tweġibiet li taw l-interlokuturi. Fl-aħħar Ġesù staqsa: “U intom min tgħidu li jien?” Pietru wieġbu: “Inti il-Kristu”, li tfisser il-Messija (Mk 8, 29).

Aħna nafu din it-tweġiba wkoll ta’ Pietru fil-verżjoni iktar twila tal-Evanġelista Mattew. Pietru jistqarr id-dinjità Messjanika ta’ Ġesù ta’ Nażżaret. U hekk hu l-istess Pietru meta jismà li l-Messija, Bin il-bniedem, għandu jkun miċħud, ittorturat u maqtul jiġbed fil-ġemb lil Ġesù u jibda jċanfru (cf. Mc 8, 32). “Iċanfru” jfisser li jipprova jikkonvinċih li dan ma jseħħ qatt (cf. Mt 16, 22).

Hekk jaħseb u hekk jgħid l-istess Pietru, li stqarr lil Ġesù ta’ Nażżaret bħala l-Messija.

U allura Kristu jċanfar lil Pietru bi kliem hekk iebes li jistà jkun li qatt ma uża fil-konfront ta’ ħadd iktar mill-Appostli: “Tbiegħed minni, satana! Għaliex int m’intix taħseb fil-ħwejjeġ skont Alla, imma skont il-bnedmin” (Mk 8, 33).

L-istess Pietru, li stqarr il-fidi fil-Messija, ma riedx jemmen li Hu, “il-Midluk ta’ Alla” kien, fl-istess ħinil-“Ħaruf ta’ Alla”; kien “il-Qaddej ta’ Jaħwè” tat-Testment il-Qadim, milqut u umiljat sal-aħħar kif kien ħabbar il-Profeta Iżaija, skont is-silta li smajna fl-ewwel qari tallum.

U għahekk Kristu pprotesta b’mod hekk aħrax.

2. Għeżież ħuti! Ninsabu hawn illum fuq il-passi tal-Qaddisin, li aċċettaw il-misteru tal-“Ħaruf ta’ alla” u tal-“Qaddej ta’ Alla” b’ruħhom kollha u ħabbewh b’qalbhom kollha.

Francesco d’Assisi, li tiegħu qegħdin infakkru it-tminn ċentinarju tat-twelid, ma setax forsi jtenni ma’ Pawlu l-appostlu l-kliem: “Inkwantu għalija mhemm ebda ftaħir għajr fis-salib tal-Mulej Ġesù Kristu, li permezz tiegħu d-dinja għaliha kienet imsallba, bħalma jien għad-dinja” (Gal 6, 14)?

U l-istess fidi stqarra mal-Imgħallem tiegħu ta’ Assisi, Antonju ta’ Padova, li tiegħu l-Knisja ċċelebrat is-sena li għaddiet is-sebà mija u ħamsin anniversarju tal-mewt, b’mod partikolari f’din il-bejt, marbuta b’mod strett ma’ ismu.

Francesco u Antonio stqarru l-fidi tagħhom fis-Salib u fil-Mislub, imma ħabbew ukoll lil Dak li tant ħabbhom, bla ebda riserva, tant li wasal biex aċċetta s-Salib!

B’ħarsti mdawra lejn Sant’Antnin u lejn l-Imgħallem tiegħu San Franġisk, nindirizza t-tislima tiegħi lilkom ilkoll li nġbartu f’din il-pjazza enormi għaċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika! Insellem l-ewwelnett lir-Ragħaj tad-dijoċesi, Minsinjur Filippu Franceschi, u lill-predeċessur tiegħu, il-meqjum Monsinjur Girolamo Bortignon; insellem b’mod kordjali lill-Awtoritajiet, lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u lir-reliġjużi nisa, lill-missirijiet u lill-ommijiet tal-familja, lill-ħaddiema u liż-żgħażagħ, lix-xebbiet, it-tfal, lill-morda, lil dawk kollha preżenti.

3. San Franġist u Sant’Antnin immeditaw fi qlubhom dwar dak kollu li l-Profeta Iżaija kien kiteb dwar il-“Qaddej ta’ Jaħwè”,  u li, diversi sekli qabel, donnu ddeskriva, b’mod hekk dettaljat u preċiż, il-ġrajjiet tal-Ġimgħa l-Kbira: “Ippreżentajt dahri lil dawk li fflaġellawni, / ilħiti lil dawk li kienu jnittfuli daqtni; / ma dawwartx wiċci / mill-insulti u l-bżieq . . .” ( 50, 6).

Kemm kienu qrib qalb Franġisku u Antonju dawn il-feriti u l-offiżi!

Kemm kienet ħajja, għal kull wieħed minnhom, din  id-“disputa”, li  Gesù ta’ Nażżaret iffaċċja għall-fidwa tal-bniedem:
“. . . ma nitħawwadx, / għal dan nirrendi wiċċi iebes bħal ġebja, / la darba naf li ma nibqax diżappuntat . . . /min jissogra jidħol f’”disputa” miegħi? Ejja niffaċċjaw lil xulxin. / Min jakkużani? Jersaq lejja. / Hawn hu, il-Mulej Alla li jassistini: / min se jiddikjarani ħati?”( 50, 7-9).

Franġisku u Antonju qraw bill-moħħ u bil-qalb, bil-fidi u bl-imħabba, din id-“disputa messjanika”

U għalhekk kibru fihom mhux biss il-fidi, it-tama u l-karità, imma kiber flimkien magħhom dak il-“ftaħir fis-Salib”, li dwaru kiteb l-Appostlu fl-ittra lill-Galatin.

4. Għaliex il-“ftaħir fis-salib”? Għaliex mhux “ftaħir ieħor milli fis-salib ta’ Kristu”?

Għaliex is-salib jipproklama sal-aħħar, u ‘il fuq minn kull qies, ‘il fuq minn kull argument tal-intellett u tax-xjenza, min hu l-bniedem, f’għajnejn Alla, fil-pjan etern tiegħu ta’ mħabba!

Tipproklamah darba għal dejjem u b’mod irriversibbli. Wieħed ma jistax jitgħallem sal-qiegħ id-dinjità tal-bniedem, jekk mhux “billi jiftaħar biss fis-salib”. U s-sens tal-ħajja umana, is-sens li hu għandu fil-pjan etern ta’ mħabba, ma jistax jaħraf jekk mhux permezz ta’ dik “id-disputa messjanika”, li Ġesù ta’ Nażżaret mexxa darba waħda ma’ Pietru u li jkompli jmexxi ma’ kull bniedem u mal-umanità kollha.

Il-kristianeżmu huwa r-reliġjon tad-“disputa messjanika” mal-bniedem u għall-bniedem.

Aħna nirrejalizzaw b’mod car, b’mod speċjali meta nerġgħu lura fuq il-passi ta’ dawk is-segwaċi kbar ta’ Kristu Msallab: Franġisku ta’ Assissi u Antonju ta’ Padova.

5. Il-Kelma ta’ Alla fil-Liturġija tallum tippermettilna li nifhmu li din id-disputa messjanika għall-bniedem . . . mal-bniedem, għandha dejjem id-dimensjoni temporali u storika..

Ma jitkellimx dwar dan, fit-tieni qari, l-Appostlu Ġakbu, meta jgħallem li l-fidi mingħajr l-opri hija mejta fiha nfisha?

“X’jiswa, ħuti, li wieħed jgħid li għandu l-fidi imma mhux l-opri? Jewwilla dik il-fidi tistà ssalvah?” (Ġk 2, 14).

U hekk, permezz ta’ dawn il-kelmiet sempliċi u fundamentali tal-Appostlu, dik id-disputa messjanika mal-bniedem u għall-bniedem tesprimi ruħha mal-kontenut tal-ħajja umana fid-dimensjoni ta’ kuljum u tal-istorja kollha terrestri tal-umanità.

Fil-prospettiva tal-fidi hemm, f’kull post, bniedem ieħor: “ħu jew oħt . . .  mingħajr ilbies u neqsin mill-ikel ta’ kuljum” (Ġkc 2, 15). Il-bniedem l-ieħor, il-bniedem fil-bżonn f’kull grad tal-lonġitudni u tal-latitudni ġeografika, jikkostitwixxi sfida għall-fidi.

Kemm huma dawn ħutna rġiel u nisa fid-dinja kollha? Kemm huma dawk li jinsabu veru qrib tagħna? U b’kemm modi huma jsofru nuqqasijiet: il-ġuħ, l-iskarsezza, id-degradazzjoni tad-drittijiet umani fundamentali?

Għalhekk Franġisku ta’ Assisi u Antonju ta’ Padova impenjaw ruħhom, fi żminijiethom, f’dik id-disputa evanġelika ma’ kull bniedem u għal kull bniedem bil-qies tal-Appostli u tal-qaddisin.

Għalhekk ukoll f’jiemna l- enċiklika Redemptor Hominis tfakkar li l-bniedem huwa u ma jaqtax ikun it-“triq fundamentali tal-Knisja” (Ġwanni Pawlu II, Redemptor Hominis, 14), il-bniedem kontemporanju, li d-dinjità tiegħu, f’għajnejn il-Ħallieq u l-Feddej, ma taqtax li tixhed is-Salib ta’ Kristu!

6. Dik id-disputa mal-bniedem . . . u għall-bniedem, li li fiha mpenja ruħu Kristu, għandha, fl-istess ħin, dimensjoni oħra: fiha jiddeċiedi ruħu d-destin perpetwu u fl-istess ħin etern tal-bniedem, bħala esseri maħluq xbiha u xebħ ta’ Alla.

Fl-eżistenza umana f’din id-dinja tiżvolġi ruħha bħala dram kbir tal-ħajja u tal-mewt, skont dak li jfakkarna llum is-Salmista:
“Issikkawni ħbulet il-mewt, / kont maqbud f’uġigħat il-mewt. / Ħakmuni dwejjaq u biżà” (Sal 114 [115], 3).

Kristu ġie fid-dinja, biex jingħaqad mal-bniedem f’dan id-dramm definittiv tal-eżistenza tiegħu.

Propju għalhekk Pawlu ta’ Tarsu u warajh Franġisku ta’ Assissi u Antonju ta’ Padova ftaħru fis-Salib ta’ Kristu. Ladarba fih tinsab it-tweġiba sħiħa għal din il-karba l-iktar profonda tal-bniedem konxju tad-destini tiegħu ultratemporali.

“Huwa ħatafni mill-mewt, / ħelisli għajnejja mid-dmugħ, /ippreservali riġlejja mill-waqgħa. / se nimxi fil-preżenza tal-Mulej / fuq art il-ħajjin” (Sal 114 [115], 8 s).

Il-fidi, fid-dimensjoni temporali u storika tagħha, tgħix permezz tal-opri ta’ karità tal-bniedem. Il-fidi, fid-dimensjoni definittiva u eterna tagħha, tesprimi ruħha permezz tas-sehem f’din l-Imħabba, li tippermetti li tegħleb id-dnub u l-mewt.

Din l-istess imħabba ta’ Alla tiġġenera l-ferħ, il-ferħ illimitat tal-eżistenza, tal-mixi fil-preżenza ta’ Alla.

Tali ferħ ġabu fid-dinja, fi żminijiethom, Franġisku u Antonju u d-diwi ta’ tali ferħ għadu għaddej sallum.

“Inħobb lill-Mulej għaliex jismà / il-karba tat-talb tiegħi. / Lejja dawwar widintu / fil-jum li fih sejjaħtlu” (Sal 114 [115], 1 s).

Hekk mela dik id-“disputa messjanika” mal-bniedem . . . għall-bniedem, li mpenja ruħu fiha Kristu,  issolvi ruħha permezz tal-imħabba, u l-imħabba definittivament tirrendi l-bniedem ferħan; l-imħabba ta’ Alla għad-dispożizzjoni ta’ kull ħaga, li timmanifesta ruħha permezz tal-imħabba tal-bniedem, ta’ kull ħu u ta’ kull oħt, li Alla jqiegħed fit-triq tal-pellegrinaġġ terrestri tagħna.

Hawn hi l-elokwenza li wkoll fi żmienna għandha, wara tant sekli, ix-xhieda tal-ħajja ta’ Franġisku ta’ Assisi u ta’ Antonju ta’ Padova.

Huma jimxu tul is-sekli, billi m’għandhomx, kull wieħed minnhom, ftaħir ieħor għajr fis-Salib ta’ Kristu u jgħidu lill-ġenerazzjonjiet dejjem ġodda liema qawwa għandha l-fidi mħeġġa mill-imħabba.

U aħna li niftakru ħajjithom u l-opri qaddisa tagħhom, hemm bżonn li nagħmlu lilna nfusna domanda:
Aħna deċiżi li naċċettaw din id-disputa li Kristu jmexxi mal-bniedem u għall-bniedem? . . .
lesti li nieħdu sehem fiha?

Din hija d-domanda dwar il-fidi tagħna, l-imħabba u l-karità.

Din hija d-domanda dwar l-illum u l-għada nisrani tagħna!

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: