Ġie fostna biex jagħmlilna kuraġġ – L-Arċisqof dwar il-Papa Emeritu Benedittu XVI

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt, 31 ta’ Diċembru 2022: Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Scicluna dwar il-Papa Emeritu Benedittu XVI…

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

B’sens ta’ gratitudni kbira nsellmu l-memorja tal-Papa Emeritu Benedittu XVI. Aħna l-Maltin, nixtiequ nfakkru mhux biss l-imħabba qawwija li l-Papa Benedittu kellu għal pajjiżna; imma wkoll żewġ avvenimenti li kellu importanti, li huma parti mill-istorja ta’ pajjiżna. Fl-2007 Benedittu XVI, kellu l-grazzja li jikkanonizza lil San Ġorġ Preca, saċerdot Malti, benefattur kbir tal-poplu Malti. Taħt xita qliel fi Pjazza San Pietru, ilkoll niftakru lill-Papa Benedittu jgħid bil-Malti: ‘San Ġorġ Preca, itlob għalina’. Aħna nitolbu għall-Papa Benedittu, bl-interċessjoni qawwija tal-qaddisin li kkanonizza, tal-beati li ddikkjara beati, fosthom il-maħbub qaddis Malti, San Ġorġ Preca.

Ġie fostna biex jagħmlilna kuraġġ, ġie fostna bil-preżenza ġwejda u għarfa tiegħu, biex ikun dak li l-Mulej, sejjaħlu li jkun: ir-Ragħaj tal-merħla tiegħu.

Imma niftakru wkoll iż-żjara tal-Papa Benedittu fostna, fl-2010. Ġie pellegrin ta’ rikonċiljazzjoni u ta’ paċi, f’mument mhux faċli fil-ħajja tal-Knisja. Ġie fostna biex jagħmlilna kuraġġ, ġie fostna bil-preżenza ġwejda u għarfa tiegħu, biex ikun dak li l-Mulej, sejjaħlu li jkun: ir-Ragħaj tal-merħla tiegħu.

Aħna u nfakkru lill-Papa Benedittu, b’tifkira solenni u bi gratitudni, nitolbu wkoll lill-Mulej ikompli jbierek il-Knisja tiegħu b’ragħajja bħalu. Il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.  

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta


In italiano: Il messaggio dell’Arcivescovo su Papa Benedetto XVI

È per me un grande dovere di giustizia e di carità, salutare la memoria di Benedetto XVI, il Papa Emerito. L’ho incontrato nel 2002 quando sono stato chiamato a partecipare da vicino nella missione di salvaguardare le vittime degli abusi, presso la Congregazione per la Dottrina della Fede. Ho incontrato un uomo modesto, umile ma di grande saggezza, di un spessore teologico immenso, di una grande fedeltà al Papa Giovanni Paolo II.

Un grande amico con un senso modesto e gentile di umore, un anima che aveva abbracciato sin dai tempi del Concilio Vaticano II, l’immensità della Chiesa Cattolica nella sua grandezza ma anche nella sua debolezza.

Io vorrei anche ringraziare il Signore perché tramite Papa Benedetto noi maltesi abbiamo avuto un Santo canonizato, San Giorgio Preca, e rimaniamo per sempre grati per la visita di Benedetto XVI tra di noi nel 2010.

Vorrei salutare un anima grande, un pastore leale, sincero, onesto, un vero cooperatore della verità. Che il Signore gli dia la ricompensa meritata. 

Leave a Reply

%d bloggers like this: