Il-Papa Franġisku ssieħeb f’lutt għal-40 persuna li mietu u għexieren oħra midrub f’ħabta traġika bejn żewġ xarabank fiċ-ċentru tas-Senegal.
F’telegramma mibgħuta f’isem il-Papa mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, lill-President tas-Senegal, Macky Sall, il-Papa esprima l-qrubija u t-tħassib tiegħu għal tal-inqas 78 persuna midruba, uħud minnhom serjament, meta żewġ xarabank daħlu f’xulxin.
Il-Papa talab biex Alla jilqa’ lill-mejtin fil-paċu u fid-dawl Tiegħu, u talbu biex iġib il-faraġ u t-tama lil dawk kollha milquta mit-traġedja. L-ħabta seħħet fir-raħal ta’ Gnivy, fir-reġjun ta’ Kaffrine, fit-3.30am tat-8 ta’ Jannar.
Wara l-avveniment, il-president tas-Senegal iddikjara tlett ijiem ta’ luttu li jibdew mit-Tnejn, u qal li se jorganizza kunsill interministerjali biex jiddiskuti l-miżuri ta’ sikurezza fit-toroq. Il-prosekutur pubbliku, Cheikh Dieng, qal li l-ħabta seħħet fi triq nazzjonali meta karozza tal-linja pubblika ħadet puncture u tilfet il-kontrol, li b’konsegwenza ħabtet ma’ xarabank oħra li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.
Skont AP, fis-Senegal iseħħu regolarment ħabtiet tat-traffiku, minħabba toroq ħżiena, karozzi ħżiena u, skont in-nies lokali, nuqqas ta’ sewwieqa li jħarsu r-regolamenti.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-01/pope-mourns-those-killed-in-senegal-road-accident.html