Nhar il-Ħadd, attakk bomba fuq Knisja Pentekostali fil-provinċja ta’ Kivu ta’ Fuq, fil-Lvant tal-Kongo, qatlet mill-inqas 14-il persuna u ħalliet aktar minn 40 oħra midruba. Il-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), li huma assoċjati mal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku, ħadu r-responsabbiltà għall-attakk.
F’intervista ma’ Vatikan News wara l-bumbardament, in-Nunzju Appostoliku għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Arċisqof Ettore Balestrero, qal li l-attakk bagħat sinjal inkwetanti, “aktar u iktar għax jikkonferma l-involviment tas-sitwazzjoni fuq il-post.”

In-Nunzju nnota wkoll li l-attakk seħħ fl-istess jum ta’ bumbardament ieħor fis-suq ċentrali fil-belt ta’ Beni ta’ Kivu tat-Tramuntana. Il-provinċja ilha “fi stat ta’ assedju għal aktar minn sena,” qal l-Arċisqof Balestrero, “li turi kif is-sitwazzjoni mhux biss ma tjiebitx, iżda marret għall-agħar.”
“Fi kwalunkwe każ, ngħid li l-paċi fil-Lvant għadha ‘l bogħod.”
Hu nkwetatanti li l-ADF qed tibbenefika mill-kunflitt mal-grupp M23 fin-Nofsinhar tal-pajjiż, filwaqt li r-rabtiet bejn l-ADF u ISIS qed isiru aktar b’saħħithom. “Dan jista’ jkun biss ta’ tħassib għas-sigurtà reġjonali u speċjalment għall-popolazzjonijiet li huma l-vittmi kostanti ta’ vjolenza kontrihom”, żied jgħid.
L-Arċisqof Balestrero nnota li hemm sinjal ta’ tama, peress li hemm “kooperazzjoni kbira” fost l-Insara fil-pajjiż. Id-diversi komunitajiet Insara huma magħqudin li jindikaw li l-ġid tas-saff ta’ “taħt il-wiċċ tal-ħamrija tal-Lvant” jinsab fl-għerq tal-kunflitti. In-Nunzju Appostoliku qal li l-ġid ta’ riżorsi minerali tal-pajjiż “huwa r-raġuni fundamentali għall-importanza strateġika tiegħu mal-pajjiżi ġirien kollha u l-kawża ewlenija tal-ekonomija tal-gwerra li titkompla f’din iż-żona tal-Lvant”.
Huwa enfasizza wkoll il-kooperazzjoni ekumenika li hemm qabel iż-żjara tal-Papa li se tkun bejn il-31 ta’ Jannar u t-3 ta’ Frar. Pereżempju, nnota li l-Insara minn denominazzjonijiet oħra se jieħdu sehem fil-laqgħa tal-Papa ma’ persuni spostati.
“Nippruvaw flimkien nakkumpanjaw l-iżvilupp demokratiku tal-pajjiż”
L-isforz li qed isir biex tiġi żgurata s-sigurtà u l-ordni pubbliku għall-Vjaġġ Appostoliku li ġej huwa enormi, qal l-Arċisqof. L-iskop ewlieni taż-żjara, hu li “titqajjem il-fidi f’dawk li m’għandhomx, u li ssaħħaħ il-ferħ ta’ dawk li għandhom.”
“Ħafna nies qed jgħidu liż-żjara tal-Papa hija ħolma li se ssir realtà.”
In-Nunzju Appostoliku żied jgħid, “Tul il-pajjiż hemm antiċipazzjoni li nirċievu kelma ta’ faraġ (mill-Papa), u wkoll il-fejqan tal-ġrieħi li għadhom inixxu, speċjalment fil-Lvant.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2023-01/people-of-dr-congo-await-healing-from-papal-visit.html