Waqt li sellem lill-fidili fi tmiem l-Udjenza Ġenerali tiegħu tal-Erbgħa, l-Papa Franġisku ltaqa’ ma grupp ta’ pellegrini mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. L-Qdusija Tiegħu fakkar li se jkun qed iżur dan il-pajjiż fl-aħħar tax-xahar, mill-31 ta’ Jannar sat-3 ta’ Frar, u stieden lil kulħadd biex jitlob għan-nazzjon.
“Ejjew nitolbu lil Alla jagħtina qalb pastorali li tbati u tieħu riskji biex tagħti xhieda. Mhuwiex biss unur imma wkoll dmir li nwasslu l-Kelma ta’ Alla lil dawk li ġew fdati lilna u lil dawk li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum.”
Nhar it-Tlieta, l-Papa Franġisku esprima n-niket tiegħu għal attakk terroristiku li seħħ fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Fl-attakk li seħħ il-Ħadd, terroristi attakkaw knisja Pentikostali fil-belt tal-Lvant ta’ Kasindi. Mijiet ta’ fidili kienu miġbura għall-magħmudija, biex jilqgħu membri ġodda fil-komunita’. Splużjoni redgħet il-Knisja, u qatlet mill-inqas 14-il persuna u darbet aktar minn 40 oħra.
F’telegramma ta’ kondoljanzi indirizzata lil Dun André Bokundoa-Bo-Likabe, President tal-Knisja ta’ Kristu fil-Kongo, l-Papa qal li huwa “mnikket bl-aħbar tal-attakk fuq il-knisja Pentekostali f’Kasindi, li kkawżat l-mewt ta’ nies innoċenti”. Huwa esprima wkoll “il-kompassjoni u l-qrubija tiegħu lejn il-familji kollha maqtula mit-traġedja.”
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-01/pope-francis-general-audience-french-drc-hope-honour-journey.html