Fl-ewwel diskors tiegħu mal-wasla fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Papa Franġisku kkundanna l-kunflitti li qed ikomplu jaħkmu l-pajjiż, u l-isfruttament bl-addoċċ tar-riżorsi naturali immensi tiegħu minn forzi barranin.
F’laqgħa mal-awtoritajiet tal-gvern, tas-soċjetà ċivili, u l-korp diplomatiku fil-ġnien tal-“Palais de la Nation” f’Kinshasa, wara ż-żjara ta’ kortesija tiegħu lill-President tal-Kongo Felix Tshisekedi, l-Papa ħeġġeġ lill-poplu Kongoliż biex jieħu d-destin tiegħu f’idejh billi jiċħdu l-vjolenza u l-mibegħda. Huwa spjega liż-żjara tiegħu twieldet mix-xewqa tiegħu li jġibilhom “il-qrubija, l-affezzjoni u l-konsolazzjoni tal-Knisja Kattolika kollha”, u li ġej “bħala pellegrin ta’ rikonċiljazzjoni u paċi.”
Waqt li qabbel ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo ma’ djamant, wieħed mill-ħafna għana li għandu l-pajjiż, il-Papa nnota li l-poplu Kongoliż huwa “infitament iktar prezzjuż minn kull teżor li jinsab fil-ħamrija produttiva tiegħu.” Huwa rrimarka li lil hinn mill-abbundanza ta’ riżorsi naturali, għandhom ukoll “ġid spiritwali” li jinsab f’qalbhom minn fejn titwieled “il-paċi u l-iżvilupp”, li għalih, qal, kull Kongoliż għandu “jħossu msejjaħ biex jagħmel il-parti tiegħu jew tagħha.”
“Jalla l-vjolenza u l-mibegħda ma jibqgħux isibu post fil-qalb jew fil-fomm ta’ xi ħadd, peress li dawn huma sentimenti inumani u mhux Kristjani li jwaqqfu l-iżvilupp u jġibuna lura għal passat skur.”
Il-Papa Franġisku kompla jilmenta dwat l-isfruttament li r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-kontinent Afrikan kollu llum qed ikomplu jissaportu fil-forma ta’ “kolonjaliżmu ekonomiku” li, qal, qed “jagħmilhom skjavi”, u li qed jagħmel lill-poplu Kongoliż “barrani” għal art tiegħu stess. “Il-velenu ter-rebgħa tgħabba id-djamanti tiegħu bid-demm”, stqarr il-Papa, filwaqt li appella lid-dinja biex tagħraf l-inġustizzji “katastrofiċi” li saru fil-passat, u biex jintemm is-serq kontinwu tar-riżorsi naturali tagħha.
“Neħħu jdejkom minn fuq ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo! Neħħu jdejkom minn fuq l-Afrika! Ieqfu ifgaw l-Afrika: mhix minjiera li tneżżgħu jew art li tisirqu. Jalla l-Afrika tkun il-protagonista tad-destin tagħha stess!”
Il-Kap tal-Knisja Kattolika mbagħad irrikorra lejn il-komunità internazzjonali li, qal: “prattikament irriżenjat lilha nnifisha għall-vjolenza qerrieda” fir-RDC, u appella għal sforz imġedded biex tappoġġja l-iżvilupp u l-paċi fin-nazzjon Afrikan. “Il-proċessi ta’ paċi attwali, li nħeġġeġ bil-kbir, jeħtieġ li jkun sostnut minn għemejjel konkreti, u l-impenji li għandhom jinżammu,” qal il-Papa. Huwa esprima gratitudni kbira lejn il-pajjiżi u l-organizzazzjonijiet li qed jipprovdu għajnuna sostanzjali f’dan ir-rigward, jgħinu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-mard, jappoġġaw l-istat tad-dritt u jippromwovu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.
“Jeħtieġ li jsir spazju għad-diplomazija li hija awtentikament umana, għal diplomazija fejn il-popli huma kkonċernati għal popli oħra, għal diplomazija ċċentrata mhux fuq il-kontroll fuq l-art u r-riżorsi, l-espansjoniżmu u ż-żieda fil-profitti, iżda pjuttost fuq li tipprovdi opportunitajiet biex in-nies tikber u tiżviluppa.”
Meta jmur lura għall-immaġini tad-djamant, il-Papa Franġisku nnota li r-rikkezza tas-soċjetà Kongoliża ġejja mill-karattru “poliedriku” tagħha, li għalhekk irid jiġi ppreservat “biex tiġi evitata kull forma ta’ rigressjoni għat-tribaliżmu u l-ostilità”. “Il-problema,” rrimarka waqt li fakkar qawl Kongoliż, “mhijiex in-natura tal-gruppi etniċi u soċjali, imma l-mod li bih jagħżlu li jgħixu flimkien: ir-rieda tagħhom jew le li jiltaqgħu ma’ xulxin, li jiġu rikonċiljati u li jibdew mill-ġdid tagħmel id-differenza bejn il-qawwa tal-kunflitt u futur radjanti ta’ paċi u prosperità.” F’dan ir-rigward, il-Qdusija Tiegħu enfasizza r-rwol kruċjali li r-reliġjonijiet u s-soċjetà ċivili huma msejħin li jkollhom biex jikkontribwixxu għal din ir-rikkezza billi jimpenjaw ruħhom biex jibnu l-paċi u l-fraternità fir-RDK.
Waqt li kompla bil-metafora tad-djamant, il-Papa Franġisku ffoka fuq it-trasparenza fil-ħajja ċivika u politika, filwaqt li nnota li dak li “jtaffi d-dawl tat-tjubija f’soċjetà, ħafna drabi huwa d-dlam tal-inġustizzja u l-korruzzjoni”. F’dan ir-rigward, enfasizza l-importanzja kruċjali li jiġu promossi elezzjonijiet trasparenti u kredibbli u parteċipazzjoni akbar fil-proċessi ta’ paċi u li jiġu segwiti l-ġid komuni u s-sigurtà tan-nies, aktar milli l-interessi personali jew ta’ grupp. Barra minn hekk, qal, għandha tissaħħaħ il-preżenza tal-Istat f’kull parti tat-territorju u għandhom jiġu mħarsin il-ħafna refuġjati u persuni li jkollhom iħallu darhom.
Il-Papa Franġisku kompla jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jsir investiment fl-edukazzjoni sabiex “l-aktar djamanti prezzjużi tagħha jiddu”. F’dan ir-rigward lmenta li wisq tfal Kongoliżi għadhom ma jattendux l-iskola, u minflok huma sfruttati u suġġetti għal xogħol servili fil-minjieri.
“It-tfal, it-tfajliet u ż-żgħażagħ kollha jirrappreżentaw tama għall-futur: ejjew ma nħallux dik it-tama tiġi maħnuqa, imma minflok nikkultivawha b’passjoni!”
Waqt li temm l-indirizz twil tiegħu, l-Papa Franġisku fakkar fir-responsabbiltà kondiviża li nkunu “amministraturi tajbin tal-ħolqien”, li jipproteġu l-ambjent naturali, u enfasizza l-ħtieġa ta’ appoġġ internazzjonali fit-tul biex titejjeb il-ħajja tal-Afrikani, li tmur lil hinn mill-interventi ta’ emerġenza.
Il-Qdusija Tiegħu temm billi ħeġġeġ lill-poplu Kongoliż biex ma jċedix għal “qtugħ il-qalb” u “rassenjazzjoni”, iżda biex jimpenja ruħu “f’tiġdid soċjali kuraġġuż u inklużiv” ta’ pajjiżu.
Il-kunflitti u l-isfidi attwali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo kienu wkoll il-fokus tal-indirizz tal-President Felix Tshisekendi lil-Qdusija Tiegħu, li fih irringrazzja lill-Papa, f’isem il-poplu Kongoliż kollu, għall-interess li dejjem wera għas-sitwazzjoni fil-pajjiż, u talli “jitlob bil-ħerqa għall-paċi fil-provinċji tal-Lvant tagħha”. Huwa esprima wkoll gratitudni għar-rieda tiegħu li jiltaqa’ ma’ delegazzjoni ta’ persuni imxerdin internament minn dawn il-provinċju.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-01/pope-decries-conflicts-and-economic-colonialism-in-drc.html
Il-Papa jikkundanna l-kunflitti u l-kolonjaliżmu ekonomiku fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo