Minn Manwel Cutajar
Fl-okkażjoni tal-Ottava ta’ Talb għall-Għaqda tal-Knejjes Insara li għadha kemm saret bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar 2023, fid-dinja Nisranija kollha, inkluż s’intendi f’Malta wkoll, u f’kuntest tat-tema tal-artikli f’din is-sensiela dwar il-Ewkaristija bħala l-Ikla tal-Mulej – il-Bankett Ewkaristiku – nixtieq nippreżenta Innu Reliġjuż tal-poeta u teologu Rev.Horatius Bonar D.D. (1808-1889), (ritratt), pastor Presbiterjan Skoċċiż, li l-poeżiji, Innijiet u fuljetti reliġjużi, fosthom dwar l-Ewkaristija, kienu popolari ferm matul is-seklu 9.
Hawn, Mulejja, jien narak wiċċ imb wiċċ
(Here,O my Lord, I see Thee face to face)
Hawn, Mulejja, narak wiċċ imb wiċċ,
Hawnhekk il-Fidi tista’ tmiss u żżomm
ħwejjeġ li ma jidhrux,
Hawn naqbad b’id l-aktar soda l-Grazzja Tiegħek,
u l-għeja kollha tiegħi fuqek tmiel.
Hawn nittmantni mill-Ħobż ta’ Alla,
Hawn nixrob miegħek l-Inbid rjali tas-Sema,
Hawnhekk inwarrab kull tagħbija tal-art,
Hawn induq mill-ġdid is-serħan tad-dnub maħfur.
M’għandiex għajnuna ħlief Tiegħek,
lanqas m’għandi bżonn,
driegħ ieħor ħlief Tiegħek biex nistrieħ fuqu.
Biżżejjed, Mulejja, tabilħaqq biżżejjed,
Is-saħħa tiegħi tinsab fil-qawwa Tiegħek,
fis-Setgħa Tiegħek biss.
Din hija s-siegħa tal-bankett u tal-għanja,
Din hija l-mejda tas-Sema mifruxa għalija,
Hawn ħalluni nagħmel festa, u , waqt il-festa
inkompli ntawwal
Is-siegħa qasira tiddi tas-Sħubija Miegħek.
Malajr wisq inqumu, is-simboli jegħbu,
Il-festa, imma mhux l-Imħabba,għaddiet u marret,
Il-Ħobż u l-Inbid jitneħħew,imma Inti hawn,
Eqreb minn qatt qabel, għadek it-tarka u x-xemx tagħna.
Festa wara l-oħra hekk tiġi u tgħaddi,
Madanakollu, filwaqt li tgħaddi, tipponta lejn
il-festa ferrieħa u hienja ta’ hemm fuq,
Li tagħti minn qabel togħma ħelwa tal-ferħ tal-festa,
il-festa kbira tal-għarusa tal-Ħaruf ta’ hena u Mħabba.