Il-Papa jibgħat il-kondoljanzi għal ħabta fatali tal-ferrovija fil-Ġreċja

Print Friendly, PDF & Email

Nhar l-Erbgħa, l-Papa bagħat messaġġ biex jesprimi l-kondoljanzi tiegħu għall-ħabta tal-ferrovija li seħħet it-Tlieta bil-lejl qrib il-belt Griega ta’ Larissa, u assigura lil dawk milquta bit-talb tiegħu.

“Nafda l-erwieħ tal-mejtin f’idejn il-ħniena u l-imħabba ta’ Alla li Jista’ Kollox, (il-Papa Franġisku) joffri l-kondoljanzi mill-qalb lill-familji li qed jibku l-maħbubin tagħhom.”

Huwa wassal ukoll il-barka tiegħu lil dawk li weġgħu fil-ħabta frontali u lill-ħaddiema tal-emerġenza li qed jipprovdu għajnuna “bħala rahan ta’ saħħa u solidarjetà fil-Mulej”. It-telegramma tal-Papa Franġisku ġiet iffirmata mill-Kardinal Segretarju tal-Istat Pietro Parolin, u indirizzata lill-Isqof Petros Stefanou ta’ Syros, president tal-Konferenza Episkopali Griega.

Anke nhar il-Ħadd fit-talba tal-Angelus, il-Qdusija Tiegħu reġa’ talab għall-vittmi, u għall-familjari ta’ dawk li tilfu ħajjithom f’din it-traġedja.

Nhar it-Tlieta bil-lejl, ferrovija tal-passiġġieri ħabtet frontalment ma’ ferrovija tal-merkanzija fit-Tramuntana ta’ Wied Tempi. Diversi vaguni ħarġu mill-linji u wħud minnhom ħadu n-nar. Il-ferrovija kienet qed iġorr 342 passiġġier u 10 ekwipaġġ, u 2 ekwipaġġ kienu qed jimmaniġjaw il-ferrovija tal-merkanzija. F’din it-traġedja tilfu ħajjithom 57 persuna.

Il-membri tas-salvataġġ qattgħu l-ġurnata tal-Erbgħa jfittxu minn ġol-vaġuni mibruma tal-ferrovija, biex jilħqu lil dawk li kienu għadhom maqbudin. Passiġġier ta’ 28 sena, Stergios Minenis, qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters li vagun tal-ferrovija ħa n-nar immedjatament wara l-ħabta. “Kif konna qed induru minħabba li l-vagun inqeleb, bdejna ninħarqu; n-nar kien ġej kemm mill-lemin kif ukoll mix-xellug,” qal. Diversi passiġġieri kissru t-twieqi bil-bagalji tagħhom biex joħorġu minn taħt it-tifrik.

Il-gvern tal-Greċja ddikjara 3 ijiem ta’ luttu nazzjonali, u ordna li jittajru bnadar mezza lasta sal-Ġimgħa f’ġieħ dawk li mietu fl-inċident. Kien irrappurtat, li ħafna mill-passiġġieri kienu qed jivvjaġġaw lura lejn darhom wara tmiem il-ġimgħa ta’ btala biex jimmarkaw il-bidu tar-Randan Grieg Ortodoss.

L-Erbgħa, l-President Grieg Katerina Sakellaropoulou waqfet żjara ħesrem fil-Moldova, u esprimiet is-sogħba tagħha. “Nesprimi l-kondoljanzi tiegħu lil dawk li tilfu lill-maħbubin jew sofrew f’dan id-diżastru,” qalet. “Anke f’dan il-mument, għaddejja operazzjoni tas-salvataġġ biex tgħin lil dawk li huma maqbuda fuq din il-ferrovija tal-mewt.”   

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-03/pope-francis-condolences-greece-train-accident.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading