Papa Franġisku: ‘Għall-anniverasarju tiegħi nixtieq il-paċi’

Print Friendly, PDF & Email

“L-ewwel kelma li tiġini hija, li qisu lbieraħ…”

Tard wara nofsinhar, f’Santa Marta, l-Papa Franġisku qasam ftit ħsibijiet li jsegwu l-perjodu ekkleżjali tal-pontifikat tiegħu. Għaxar snin, li għexthom “f’tensjoni”, stqarr, fi żmien li hu akbar mill-ispazju u li ra sensiela ta’ laqgħat, vjaġġi, uċuħ.

Il-Papa Franġisku kien qiegħed jistenna bilwieqfa mal-bieb, iżomm mal-bastun tiegħu. Bħal dejjem… tbissem lejn il-mikrofonu bil-logo tal-midja tal-Vatikan u staqsa: “Podcast? X’inhu?” “Sbieh, ejja nagħmluha”, hija r-reazzjoni tiegħu wara l-ispjegazzjoni. Għall-mistoqsija: x’iħoss li qed jaqsam mad-dinja fl-okkażjoni ta’ dan it-tragward għal ħajtu u l-ministeru tiegħu?

“Iż-żmien itir… jgħaġġel. Meta tipprova tlaħħaq ma’llum, diġà huwa lbieraħ. Li tgħix hekk hija xi ħaġa ġdida. Dawn l-għaxar snin hekk kienu: ngħix f’tensjoni.”

Mill-eluf ta’ udjenzi, l-mijiet ta’ żjarat fid-djoċesijiet u l-parroċċi, l-erbgħin vjaġġ appostoliku f’kull rokna tad-dinja, l-Papa għandu memorja ċara. Jidentifika li “l-isbaħ mument” kien il-laqgħa mal-anzjani, u l-udjenza man-nanniet minn madwar id-dinja, li saret fi Pjazza San Pietru fit-28 ta’ Settembru 2014.

“Ix-xjuħ huma għerf u jgħinuni ħafna. Jien ukoll xiħ, hux?”

Madankollu, kien hemm ukoll diversi mumenti ħżiena u kollha huma relatati mal-orrur tal-gwerra. L-ewwel fiż-żjarat fiċ-ċimiterji tal-gwerra f’Redipuglia u Anzio, l-kommemorazzjoni tal-iżbark tal-alleati fin-Normandija, l-velja biex titwaqqaf il-gwerra fis-Sirja, u issa, l-barbarità fl-Ukrajna, l’ilha għaddejja għal aktar minn sena. “Wara l-gwerer, hemm l-industrija tal-armi, din hija diabolika,” jgħid il-Papa Franġisku.

Jgħid li hu, isqof li “ġej mit-tarf l-ieħor tad-dinja” u li ma kienx jistenna li jsir Papa u li kien se jmexxi l-Knisja Universali fi żmien it-Twieled Gwerra Dinjija: “ma kontx qed nistennieha. Ħsibt lis-Sirja kienet se tkun l-unika imbagħad ġew l-oħrajn”.

“Nbati meta nara żgħażagħ imutu – kemm jekk huma Russi jew Ukreni, ma jimpurtaniex – m’hummiex se jiġu lura. Huwa diffiċli.”

Jorge Mario Bergoglio m’għandu l-ebda dubju dwar x’għandu jitlob lid-dinja bħala rigal għal dan l-anniversarju mportanti: “Paċi, għandna bżonn il-paċi”. Għalhekk, tliet kelmiet għat-“tliet ħolmiet” tal-Papa għall-Knisja, għad-dinja u għal dawk li jmexxu d-dinja, għall-umanità.

“Fraternità, biki, tbissim…”

%d bloggers like this: