Il-Papa Franġisku jagħmel appell għall-Malawi milqut miċ-ċiklun

Print Friendly, PDF & Email

“Ninsab qrib in-nies tal-Malawi, fejn f’dawn l-aħħar jiem ġew milquta minn ċiklun qawwi ħafna”, qal il-Papa Franġiku waqt l-Udjenza Ġenerali tiegħu tal-Erbgħa filgħodu, waqt li fakkar fil-qerda li wettaq iċ-Ċiklun Tropikali Freddy, li qatel mijiet ta’ nies u eluf spiċċaw jħallu djarhom u pajjiżhom u jmorru f’nazzjoni aktar sigur fix-xlokk tal-Afrika.

“Nitlob għall-mejtin, għall-midruba, l-ispostati. Jalla l-Mulej jappoġġa l-familji u l-komunitajiet l-aktar ippruvati minn din id-diżgrazzja”.

Iċ-ċiklun Freddy ilu jħabbat lill-Możambik u lill-Malawi mill-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet. Skont l-Associated Press, mil-Erbgħa, ċ-ċiklun, l’issa se jkun l-itwali li qatt dam, mistenni jitbiegħed, u b’hekk iġib xi ftit serħan lir-reġjun li tħarbat minn xita bil-qliel u riħ qawwi.

Skont l-awtoritajiet lokali, l-maltempata qatlet mill-inqas 199 ruħ fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Malawi u fi ħdan u madwar Blantyre, ċ-ċentru finanzjarju tal-pajjiż. Uffiċjali qalu li minn nhar is-Sibt filgħaxija, fil-Możambik, mill-inqas 20 pesuna tilfu ħajjithom minn meta l-maltempata waslet fuq l-art fil-belt tal-port ta’ Quelimane.

Iċ-Ċentru reġjonali ta’ monitoraġġ taċ-ċikluni fil-ġżira ta’ Réunion ipproġetta liċ-ċiklun Freddy se jkun telaq lejn il-baħar sa tard l-Erbgħa wara nofsinhar. Skont rapporti, għadu mhux ċar jekk iċ-ċiklun hux se jintemm jew ikomplix jitbiegħed mill-art wara dan.

F’dawn l-aħħar snin, il-Malawi ġiet effettwat minn diversi ċikluni vjolenti, li komplew jagħmlu ħsara lill-infrastruttura u kkontribwew għal faqar dejjem akbar.      

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-03/pope-francis-appeal-malawi-cyclone.html

%d bloggers like this: