Hekk kif it-Tlieta, l-Akkademji Pontifiċja għamlu s-26 Sessjoni Pubblika tagħhom, il-Papa Franġisku rrifletta fuq l-importanza tal-arkitettura sagra, li ffurmat it-tema għal din l-edizzjoni tas-Sessjoni Pubblika. Huwa fakkar fl-Ittra Appostolika tiegħu tal-2022 ‘Desiderio desideravi’, li kienet iddedikata għall-formazzjoni liturġika tal-poplu ta’ Alla.
L-Arkitettura sagra, qal il-Papa Franġisku, trid tfittex li terġa’ tiskopri “l-lingwaġġ simboliku u tkun kapaċi tinterpretah”. “Li titlef il-kapaċità li wieħed jifhem il-valur simboliku tal-ġisem u ta’ kull ħlejqa jagħmel il-linġwaġġ simboliku tal-Liturġija kważi inaċċessibbli għall-mentalità moderna,” qal filwaqt li semma l-Ittra Appostolika tiegħu. “U madankollu ma jistax ikun hemm kwistjoni li wieħed jirrinunzja għal lingwaġġ bħal dan. Ma tistax tiġi rinunzjata għax hekk għażlet it-Trinità Qaddisa li tasal għandna permezz tal-ġisem tal-Kelma. Hija pjuttost kwistjoni li tiġi rkuprata l-kapaċità li tuża u tifhem is-simboli tal-Liturġija”.
Il-kreattività artistika u arkitettonika, żied jgħid il-Papa, trid tispira wkoll mill-ħajja liturġika tal-Knisja u mill-azzjoni tal-Ispirtu s-Santu, aktar milli sempliċiment mill-preferenzi umani. Qal li l-liturġija u l-arti li jdawwru l-ispazju liturġiku għandhom ikunu ħielsa mis-“suġġettiviżmi” u l-“invażjoni tal-elementi kulturali”.
Il-Papa feraħ lir-rebbieħa tal-Premju tal-Akkademji Pontifiċji għall-kontributi tagħhom għall-arkitettura sagra. Il-midalja tad-deheb ingħatat lill-istudjo “OPPS Architerrura” f’Firenza għax-xogħol li wettqu biex irrestawraw kappella f’Ruma li tippartjeni għall-Fondazzjoni ta’ San Franġisk ta’ Assisi u Santa Katarina ta’ Siena. L-midalja tal-fidda marret għand il-perit Federica Frino għall-proġett tagħha għal knisja ġdida ddedikata lil San Tumas fil-belt ċentrali Taljana ta’ Pontedera.
Il-Premjijiet tal-Akkademji Pontifiċi ġew assenjati abbażi tal-kriterji ta’ “disinn, ilbies, adattament liturġiku, rinnovazzjoni, u użu mill-ġdid ta’ spazji ddedikati għall-qima, b’kont meħud ta’ rekwiżiti ġodda u lingwaġġ arkitettoniku kontemporanju.”
Bħala konklużjoni, l-Papa Franġisku rringrazzja lill-Akkademji Pontifiċji għall-“isforzi produttivi tagħhom fl-oqsma tar-riċerka u s-servizz tagħhom”. U jafda lill-membri tagħhom għall-ħarsien matern tal-Verġni Marija, it-“Tempju u l-Arka tal-Patt il-Ġdid”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-03/pope-francis-public-session-pontifical-academies.html
Il-Papa: Id-disinn tal-arkitettura sagra jrid joħroġ mil-liturġija tal-Knisja