CHARLES DE FOUCAULD IS-SEJĦA TAD-DEŻERT
Minn Joe Galea
Fil-kitbiet tiegħu, Charles De Foucauld kien iħobb jirrepeti mit-tradizzjoni Ebrajka li “Alla jinsab fejn inħalluh jidħol”. Jeżorta li biex Alla jgħammar f’qalbna jeħtieġ li neħilsu minn ġo fina dak kollu li jista’ jingombra u jfixkel milli l-Ispirtu s-Santu jgħix fina.

It-tradizzjoni biblika u patristika li Fra Charles jirreferi ħafna għaliha fl-ittri tiegħu turi d-deżert bħala l-aħjar post fejn wieħed jinża minnu nnifsu biex biex ikun jista’ jiltaqa’ ma’ Alla. Għalih id-deżert kien l-ispazju fiżiku u spiritwali fejn kollox iwassal għall-essenzjal, fejn il-firxa tal-orizzonti u n-nuqqas ta’ l-istorbju jħajru għas-silenzju u għall-attenzjoni tas-sejħa t’Alla.
Niftakru li kien fid-deżert fejn kien jidwi l-kmand moghti minn Alla lill-poplu tiegħu: “Isma’, Iżrael!” Mela li taqsam id-deżert ifisser li wieħed jinfatam minn kollox biex il-Mulej ikun jista’ jsaltan fih, ikun jista’ jeżerċita’ s-superjorita’ tiegħu fuq ħajjietna miżerabbli. Id-deżert jikxef il-maskri ta’ ħafna ipokreziji taghna u jqegħidna għerja quddiem il-Mulej.
Patri Ives Congar, teologu eminenti li kien wieħed mill-arkitetti tal-Konċilju Vatikan II, jgħid li Charles de Faucould, l-eremit tad-deżert kien, flimkien ma’ Santa Tereża ta Lisieux, “wieħed miż-żewġ fanali li dawwlu s-seklu 20”.
Charles de Faucould twieled fi Strażburgu fl-1858. Safa orfni meta kellu 6 snin u trabba minn nannuh. Kien tifel imfissed imma mogħni b’ħiliet. Ta’ 18-il sena daħal fl-Akkademja militari ta’ Sanit-Cyr, imbagħad fl-iskola tal-kavallerija ta’ Saumur. Imbagħad bħala Epicure aktar milli ta’ Kristu, il lokutenent seduttiva tal kavallerija hu habib ta nbejjed fini,, li jofo u habib tan nisa.
Fl-1882 telaq mill armata u mar sjesplora l Marokk, liebes ta rabin. Tghallem l artiArbi u l Lhudi u tera mal ajjiz kolu, anke fen ma setax jidhol. Kien hemm li hajtu tqallbet.
“L-Islam gab fija taqlib profond, id dehra ta din il fidi, ta dawn l erwieh li jghixu kontinwament fil prezentza t Alla gabu li nara xi haga iktar u iktar werea mill okkupazzjonijiet tad-dinja.”
Hekk kiteb Faucould fit-8 ta’ Lulju 1901. Rega lura Parigi u beda jiffrekwenta l knejjes u jitlob lil Alla li jaghmlu jagħrfu. Iltaqa mieghu, f’għodwa f’Ottubru 1886 fil knisja ta Santu Wistin fejn qerr għand l-abbati Huvelin, habib tal familja. “Meta emmit li hemm Alla, fhimt li ma stajtx naghmel mod iehor milli nghix ghalih.
Minn hemm il quddiem hajtu saret wahda hal Alla, tfittxija ghall assolut, tfittxija ghas solitudi u l meditazzjoni, imitazzjoni mill-aktar totli tal hajja ta Gesu, fil faqar tl-Vangelu.
Wara li ghadda fl abazija ta Notr Dame, des Neiges, f Ardeche, imbaghad fl art imqaddsa u s Sirja, fl ahhar kien fis Sahara Algerina li hadu l-Ispirtu s-Santu.
Malajr waqqaf fraternita miftuha ghal kulhadd, Insara u Musulmani.
Fl-1905 mar joqghod Tamanrasset. “Hemm fejn lanas hemm tabernaklu, biex Ġesu jkun preżenti.”
F’din ir-rokna mitlf fil-pjaneta, laq ghandu lil dawk kllha li kienu miġbuda mill-kariżma tiegħu
Fl-1 ta Dicembru 1916 ġie assassinat fil bieb tal eremitaħħ tiegħu.
Ix=xewqa tiegħ u ta oblazzjoni lil Alla nsibuha f dak li wettaq: Alla tieghi, f’idejk biss nitlaq lil ruħi. Għamel bija dak li trid.
___
“Ġesù ħa l-aħħar post li ħadd ma jista’ le lieu ravir.”
__
Hemm bżonn tgħaddi mid-deżert u toqgħod hemm biex tirċievi l -grazzja ta Alla: hemm li wiehed jara, li wieħed ikeċċi minnu dak kolu li mhux Alla u fejn jara d-dar ckejkna tar ruh taghna thalli kollox, biex taghti post biss ghal Alla.
Il-Lhud għaddew mid-deżert. Mose ghex hemm qabel ma naghta l missjoni tieghu. San Pawl, San Gwann Grizostmu hemm ukoll prevenuti fid dezert.
Hu indispensabbli. Hu zmien ta grazzi, perjodi li bih ir ruh kollha tridd tghaddi biex tahmel il frott.
Hemm bzonn is-silenzju, il gabra, li tinsa dak kolu mahluq, fejn f nofs Alla bena r renju tieghu u jifforma l ispirtu interjuri.
- Ittri lill patri Jerome, 19 ta’ Mejju 1898