Jinqatel saċerdot ieħor fil-Messiku b’tiri ta’ sparatura

Print Friendly, PDF & Email

Skont l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat, Patri Javier Garcia Villafana, saċerdot Agostinjan ġie maqtul b’diversi tiri waqt li kien fil-karozza tiegħu. Ħadd ma ħa r-responsabbiltà jew għadu ma ġie arrestat b’konnessjoni ma dan id-delitt. Patri Javier, kien ilu xahar biss Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Mark fil-belt ta’ Capacho. Il-metodu makabri tal-qtil tiegħu huwa fil-manjiera tal-kriminalità organizzata, iżda għadu mhux magħruf jekk hu kienx ħadha kontra xi barunijiet tad-droga lokali b’saħħithom, vjolenti u imprevedibbli, li regolarment u ta’ rutina joqtlu kiesaħ u biered.

Dan il-qtil isegwi attakk ieħor li seħħ fuq Mons. Faustino Armendariz Jimenez, Arċisqof ta’ Durango fit-Tramuntana tal-Messiku, li ġie attakatt minn anzjan ta’ tmenin sena skuntentat, li kien armat b’sikkina fis-Sagristija tal-Katidral, imma li fortunatament l-Arċisqof ħelisha ħafif.

Il-Konferenza Epsikopali Messikana qalet: “Din hija tfakkira fil-punt tas-sitwazzjoni serja li s-soċjetà qed tiffaċċja, filwaqt li l-kriminalità organizzata u l-impunità qed ikomplu jheddu l-ħajjiet ta’ diversi.”   

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2023-05/mexico-priest-murder-organised-crime-archbishop.html

%d bloggers like this: