“Nixtieq nassigura l-ħsibijiet u l-qrubija tiegħi lejn ħutna fiċ-Ċina, u naqsam fil-ferħ u t-tamiet tagħhom. Noffri ħsieb speċjali lil dawk kollha li qegħdin ibatu – rgħajja u fidili – sabiex fil-komunjoni u s-solidarjetà tal-Knisja universali jistgħu jesperjenzaw konsolazzjoni u inkoraġġiment”.
Il-Papa Franġisku għamel dan l-appell għall-Knisja fiċ-Ċina nhar l-Erbgħa waqt l-Udjenza Ġenerali tiegħu fi Pjazza San Pietru. L-Qdusija Tiegħu fakkar li l-24 ta’ Mejju jimmarka l-Jum Dinji ta’ Talba għall-Knisja fiċ-Ċina. Fl-appell tiegħu, l-Papa stieden lill-insara kollha biex “jitolbu lil Alla, ħalli l-Bxara t-Tajba ta’ Kristu Msallab u Rxoxt titħabbar fil-milja, fis-sbuħija u l-ħelsien tagħha, li tagħti l-frott għall-ġid tal-Knisja Kattolika u ta’ soċjetà Ċiniża kollha”.
Nhar l-Erbgħa, fost dawk preżenti fi Pjazza San Pietru, kien hemm diversi kappillani li jaqdu l-komunità Kattolika Ċiniża f’diversi nħawi tal-Italja.
Fl-2007, il-Papa Benedittu XVI, kien waqqaf il-Jum Dinji ta’ Talb għall-Knisja fiċ-Ċina, li għadu jsir kull sena fil-Festa ta’ Marija Għajnuna tal-Insara, u li hi meqjuma fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Sheshan f’Shanghai. Fl-2008, il-mibki Papa Benedittu XVI kien ukoll ikkompona talba lill-Madonna ta’ Sheshan.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-05/pope-remembers-world-day-of-prayer-for-the-church-in-china.html