Lil San Pietru u San Pawl jirreferu għalihom bħala ‘Il-Kolonni tal-Knisja’, għax it-tnejn kienu appostli importanti fit-twaqqif tal-Knisja. Nhar id-29 ta’ Ġunju l-Knisja Kattolika tfakkar lil dawn iż-żewġ qaddisin kbar.

Matul ix-xahar ta’ Ġunju tista’ taqra aktar dwar dawn iż-żewġ appostli fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’artiklu minnhom naqraw il-messaġġ tad-Direttur Nazzjonali ġdid ta’ Missio Malta. F’artiklu ieħor insellmu l-memorja tal-missjunarju Għawdxi Monsinjur Ġużeppi Agius li qegħda l-missjoni tiegħu fil-Brażil, kif ukoll tal-missjunarju Malti Monsinjur Ambroġ Agius O.S.B. imwieled Lixandra li qegħda l-missjoni tiegħu f’diversi pajjiżi fosthom Malta, il-Kolumbja u l-Filippini.
Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.