Wara l-katekeżi tal-Udjenza Ġenerali, l-Papa Franġisku dawwar il-ħsieb tiegħu fuq l-Ukrajna. “Tant tbatija… ħafna qegħdin ibatu”, qal il-Papa, fejn ħeġġeġ lill-fidili biex jitolbu aktar għall-pajjiż attakkat għal aktar minn sena. Huwa qal li fost il-fidili miġbura f’San Pietru, hemm ukoll grupp ta’ żgħażagħ ta’ “Rondina”, l-assoċjazzjoni Toskana, ċ-Ċittadella tal-Paċi tagħha, li fuq ix-xtut tal-Arno, matul is-snin, laqgħet eluf ta’ subien u bniet ta’ kulturi, nazzjonalitajiet u reliġjonijiet differenti, u li tgħallmu l-kultura u l-prattika tad-djalogu.
Fil-grupp preżenti, akkumpanjati mill-Isqof Andrea Migliavacca, hemm ukoll żgħażagħ Russi u Ukreni. Il-Papa jgħid: “ġejjin mill-Ukrajna u R-Russja u pajjiżi oħra fi gwerra, l’ iddeċidew li ma jkunux għedewwa, imma li jgħixu ta’ aħwa”.
“Jalla l-eżempju tagħkom iqajjem riżoluzzjonijiet għall-paċi f’kulħadd, anke f’dawk li għandhom responsabbiltajiet politiċi.”
Il-Papa Franġisku jżid: “Dan, irid iwassalna biex nitolbu aktar għall-Ukrajna tturmentata u biex inkunu qrib l-Ukreni li tant qed ibatu”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/it/papa/news/2023-05/papa-giovani-russi-ucraini-udienza-generale-appello-pace.html