“B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu”

Minn Daniel Borg

Illum il-Vanġelu jitkellem mis-sejħa tat-tnax l-appostlu (Mt 9, 36 – 10, 8 ). Il-Papa fl-Angelus jgħidina li dan il-Vanġelu jurina kemm Alla hu qrib tagħna: “Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet.” Għalhekk ma għandniex nitilfu t-tama! Hu jerfagħna meta naqgħu u fl-iktar mumenti li nħossuna dgħajfin hemmhekk nistgħu nħossu iktar il-preżenza tiegħU.

Papa Franġisku jxebbah din is-sitwazzjoni ma tifel li id f’id ma’ missieru qed jiskopri d-dinja. Hu ma jibżax għax missieru miegħu. U għalhekk meta nħossu li Alla hu magħna negħlbu l-biża u nikbru fl-imħabba u t-tajjeb. U b’dawn l-għajnejn ta’ tifel lejn Missier li rridu nħarsu lejn id-dinja b’imħabba u fiduċja!

Imma kif se nikkomunikaw li s-Saltan ta’ Alla waslet? B’ġesti konkreti ta’ mħabba: “Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten.” Dawn l-għemejjel qawwijin huma bogħod minna imma hemm atti kbar ta’ mħabba lejn l-oħrajn li nistgħu nagħmlu: li nagħtu kuraġġ lill-oħrajn, li nkunu qrib min huwa batut u waħdu. “B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.” Dan huwa l-qofol tal-Vanġelu!

Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid09zebcrKRKdGVDePKUopMUvQo9rPFFWT5vRLbwUs4LgSXiuZQbVUBAywyz3M4UtC8l

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading