Il-Papa Franġisku jikkundanna l-ħruq tal-Koran fl-Isvezja

“Inħossni rrabbjat u disgustat b’dawn l-azzjonijiet,” esprima l-Papa Franġisku lil Hamad Al-Kaabi, editur ta’ kuljum tal-UAE Al-Ittihad, dwar il-ħruq ta’ paġni mill-Koran fl-Isvezja f’dawn l-aħħar jiem.

“Kull ktieb meqjus qaddis mill-awturi tiegħu għandu jiġi rispettat b’rispett lejn dawk li jemmnu, u l-libertà tal-espressjoni qatt m’għandha tintuża bħala skuża biex tiddisprezza lill-oħrajn, u biex tippermetti dan, u għandha tiġi miċħuda u kkundannata.”

Al-Ittihad hija gazzetta bil-lingwa Għarbija ppubblikata kuljum fl-Emirati Għarab Magħquda. Hija parti mill-grupp Abu Dhabi Media, organizzazzjoni tal-gvern. Fl-intervista li kellu mal-editur ta’ din il-gazzetta, l-Papa Franġisju tkellem dwar l-istat ta’ saħħa tiegħu wara l-operazzjoni addominali li saritlu dan l-aħħar.

“Kienet diffiċli, imma issa, bis-saħħa ta’ Alla, ninsab aħjar grazzi għall-impenn u l-professjonalità tat-tobba u l-istaff tal-infermiera, li nirringrazzjahom ħafna. Nitlob għalihom u l-familji tagħhom, u għan-nies kollha li kitbu u talbu għalija f’dawn il-jiem.”

Il-Qdusija Tiegħu, fakkar fiż-żjara tiegħu f’Abu Dhabi fl-2019, esprima apprezzament għall-Impenn tal-UAE u Sheikh Mohamed bin Zayed għat-triq li ħadna biex nifirxu l-fratellanza, l-paċi u t-tolleranza, u appella biex iż-żgħażagħ ma jitħallewx mill-adulti li jkunu maħkuma mill-qerq u mill-ġlied taċ-ċivilitajiet.

“Fl-opinjoni tiegħi, l-uniku mod kif nipproteġu liż-żgħażagħ minn messaġġi negattivi u aħbarijiet foloz u fabbrikati, u mit-tentazzjonijiet tal-materjaliżmu, l-mibegħda u l-preġudizzju; mhux li nħalluhom waħedhom f’din il-battalja, imma li nagħtuhom l-għodda meħtieġa, li huma l-libertà, d-dixxerniment u r-responsabbiltà”. L-Papa kompla, “l-libertà hija li tiddistingwi persuna. Alla ħalaqna ħielsa anke biex niċħduh, il-libertà tal-ħsieb u tal-espressjoni huma essenzjali biex jgħinuhom jikbru u jitgħallmu”.

“Qatt m’għandna naqgħu fl-esperjenza li nittrattaw liż-żgħażagħ bħala tfal li ma jistgħux jagħżlu u jieħdu deċiżjonijiet,” kompla l-Kap tal-Knisja Kattolika, “huma l-preżent u li ninvestu fihom ifisser li niggarantixxu l-kontinwità”, dejjem jimxu fuq ir-regola tad-deheb: għamel lil ħaddieħor, dak li inti tixtieq li ħaddieħor jagħmel lilek.

Meta wieġeb għall-mistoqsija fuq id-Dokument dwar il-Fraternità Umana, l-Papa qal, li dejjem jagħtih lid-delegazzjonijiet li jilqa’ għandu fil-Vatikan, “għax nemmen li huwa test importanti mhux biss għad-djalogu bejn ir-reliġjonijiet, iżda għall-koeżistenza paċifika bejn il-bnedmin kollha”.

Il-Papa Franġisku qal li jinsab kuntent bl-aċċettazzjoni tal-komunità globali tal-messaġġ u l-għanijiet tad-dokument. “Il-fratellanza umana hija l-antidotu li d-dinja teħtieġ biex titfejjaq mill-velenu ta’ dawn il-feriti. L-futur tal-kooperazzjoni inter-reliġjuża huwa bbażat fuq il-prinċipju tar-reċiproċità, r-rispett għall-ieħor u l-verità”. “L-għan tagħna”, żid il-Papa, “huwa li nibdlu s-sens reliġjuż f’kooperazzjoni, fi fraternità, f’opri tajba konkreti”.

“Illum għandna bżonn bennejja tal-paċi, mhux dawk li jfasslu l-armi; llum għandna bżonn bennejja tal-paċi, mhux instigaturi tal-kunflitt; għandna bżonn il-pumpiera, mhux dawk li jqabbdu l-kunflitt; neħtieġu avukati tar-rikonċiljazzjoni, mhux nies li jheddu l-qerda”.

Dwar impenji konkreti f’dan ir-rgward, il-Papa jħeġġeġ l-inizjattivi ta’ karità mnedija wara l-pubblikazzjoni tad-Dokument. L-Qdusija Tiegħu qal, “huwa faċli, li nitkellmu dwar il-fraternità, imma l-vera miżura tal-fratellanza hija dak li fil-fatt nagħmlu b’mod konkret biex ngħinu, nappoġġjaw, inrawmu u nilqgħu lil ħutna fl-umanità”. “Kull ġid min-natura tiegħu għandu jkun għal kulħadd mingħajr diskriminazzjoni. Jekk nagħmel il-ġid biss lil min jaħseb jew jemmen kif nagħmel jien, allura l-ġid tiegħi huwa iprokresija, għax it-tajjeb ma jafx diskriminazzjoni jew esklużjoni”.

Dwar iż-żieda fit-theddid terroristiku, l-Papa Franġisku wieġeb bil-kliem tad-dokument, u kkundanna “kull prattika li thedded il-ħajja bħal ġenoċidju, atti terroristiċi, spostament sfurzat, traffikar ta’ orgni umani, abort u ewtanasja, u ‘policies’ li jappoġġjaw dawn kollha.”

Il-Papa esprima l-apprezzament tiegħu għad-Dar Abrahamiku f’Abu Dhabi, l-ispazju li jinkludi Knisja ddedikata lil San Franġisku, Moskea u Sinagoga, maħluqa biex tirrealizza l-prinċipju tal-Fraternità Umana.

Filwaqt li enfasizza fl-emerġenza klimatika u ambjentali, l-Papa appella, li “l-uniku mod effettiv biex tiġi ndirizzata din il-kriżi huwa li jinstabu soluzzjonijiet realistiċi għall-problemi reali tal-kriżi ekoloġika. Irridu nibdlu d-dikjarazzjonijiet f’azzjoni konkreti qabel ma jkun tard wisq”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-07/pope-decries-the-burning-of-the-quran-in-sweden.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading