Il-Kardinal Michael Czerny, il-Prefett tad-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem, it-Tnejn, ħareġ messaġġ biex jimmarka l-‘Ħadd il-Baħar’, li din is-sena se jiġi ċċelebrat fid-9 ta’ Lulju. Il-messaġġ jenfasizza x-xogħol essenzjali li jagħmlu ‘l fuq minn miljun baħħar matul is-sena, u ġibed l-attenzjoni għat-tbatijiet u l-bżonnijiet tagħhom, u offra opportunità lill-insara biex jitolbu għalihom u għall-familji tagħhom.
Tabilħaqq, grazzi għal dawn il-ħaddiema “l-ħajja tagħna ta’ kuljum issir possibbli u l-ekonomija tiġi sostnuta”, jirrimarka l-messaġġ. “Madankollu ftit nafu xejn dwarhom, dwar il-fidi tagħhom, jew kif iħobbu u jittamaw”. Ħafna huma mġiegħla joqgħodu ‘l bogħod mill-maħbubin tagħhom u lanqas biss għandhom aċċess għal servizzi spiritwali matul ix-xhur twal tagħhom fuq il-baħar.
“L-organizzazzjoni komplessa tas-soċjetà tagħna u ċerta tendenza li taħbi l-inugwaljanzi spiss tħalli fid-dell it-teżori spiritwali u l-bżonnijiet materjali ta’ nies umli.”
Il-Prefett tad-Dikasteru għall-Promozzjoni tal-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem, ifakkar li ‘Ħadd il-Baħar’ mhuwiex riżervat għall-baħħara, iżda “jiġbed l-attenzjoni ta’ kull komunità Nisranija għal dawk li grazzi għalihom nirċievu parti kbira mill-beni li jgħajjixna u li aħna nużaw kuljum”.
“Għal dawk li qegħdin fuq il-baħar, jalla jaslilkom dan il-messaġġ korali u qawwi: il-Knisja hija qribkom. Dak kollu li jġibilkom il-ferħ u dak kollu li jgħakkiskom huwa qrib qalbna.”
Madankollu, l-Knisja mhux biss għandha x’tagħti lill-baħħara, imma wkoll x’tirċievi mingħandhom: “Irridu wkoll nirċievu l-istorja tagħkom, ix-xhieda tagħkom, il-ħarsa tagħkom dwar ix-xogħol, dwar l-ekonomija, dwar ir-relazzjonijiet bejn ir-reliġjonijiet u diversi kulturi, dwar il-kundizzjonijiet fuq il-baħar u fuq l-art, u dwar il-fidi”, jikteb il-Kardinal Czerny. “L-esperjenza tagħkom tista’ tilħaq u tisfida lill-membri kollha tal-Knisja, u permezz tagħhom, lis-soċjetajiet tagħna”.
“Aħna Knisja sinodali, li fiha nimxu flimkien. Għandna nimxu ‘l quddiem flimkien, ninnavigaw flimkien, mingħajr ma nħallu lil ħadd warajna, u narrekkixxu lil xulxin. Ħadd m’għandu jaħseb li m’għandu xejn x’joffri”.
Għalhekk l-impenn tal-Knisja għaċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena hi li ġġedded l-isforzi biex “nersqu eqreb lejn xulxin fi skambju kontinwu” li jagħmel ix-xogħol tal-baħħara “inqas ‘il bogħod mill-esperjenza ta’ kuljum u l-fidi ta’ kulħadd”. Il-messaġġ jikkonkludi billi jinvoka l-interċessjoni ta’ Marija, l-Kewkbar tal-Baħar, u biex hi tkun “font ta’ konsolazzjoni u perseveranza”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2023-07/sea-sunday-church-is-close-to-seafarers.html
Ħadd il-Baħar: Is-Santa Sede ttenni l-qrubija mal-baħħara.