L-Isqof Awżiljarju jmexxi pellegrinaġġ f’Lourdes

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi llejla filgħaxija se jħalli Malta biex imexxi l-pellegrinaġġ annwali djoċesan għall-morda f’Lourdes, organizzat mill-Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes (UMTAL). L-Isqof se jkun akkumpanjat minn Dun Joseph Mizzi, id‑direttur spiritwali tal‑UMTAL, u Patri Wistin Attard OFM Cap.

Għal dan il-pellegrinaġġ se jattendu 180 persuna: 48 pazjent, 64 pellegrin u 68 voluntier li jinkludu 5 tobba, 6 infermiera, 3 spiżjara u 7 studenti infermiera. Matul dawn il‑jiem il‑Maltin se jattendu diversi funzjonijiet reliġjużi, fosthom l‑Adorazzjoni Ewkaristika u l‑purċissjoni ta’ filgħaxija magħrufa bħala l‑Aux Flambeaux. Għada t-Tlieta, 18 ta’ Lulju fit-8:30am, l-Isqof Awżiljarju se jiċċelebra quddiesa bil-Malti fil-Grotta tal‑Madonna. Huma jaslu lura Malta nhar is‑Sibt, 22 ta’ Lulju 2023. 

Pazjenti, voluntiera jew pellegrini li jixtiequ jagħmlu din l-esperjenza spiritwali f’Lulju tas-sena d-dieħla jistgħu jagħmlu kuntatt mal-UMTAL fuq info@umtalmalta.org. Għal iktar tagħrif żur umtalmalta.org.


Agħfas hawn taħt biex tara l-quddiesa bil-Malti tat‑Tlieta, 18 ta’ Lulju fit‑8:30am, ċelebrata mill‑Grotta tal‑Madonna.

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading