Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Lulju, l-Papa Franġisku bagħat żewġ telegrammi, fejn esprima s-solidarjetà u l-qrubija spiritwali tiegħu ma’ ċittadini fil-Greċja u fl-Italja, li qed iħabbtu wiċċhom mal-qerda ikkawżata minn maltempati qawwija u nirien mifruxa li jolqtu n-nazzjonijiet.

Fit-telegramma tiegħu mibgħuta mill-Kardinal Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, lill-Isqof Petros Stefànou, President tal-Konferenza Episkopali tal-Greċja, il-Papa qal li huwa “mħasseb ħafna” bin-nirien mifruxa u ta’ theddida għall-ħajja f’diversi partijiet tal-Greċja, li kkawżaw ħafna ħsara minħabba l-mewġa ta’ sħana li qed tolqot lill-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa.“Il-Qdusija Toegħu jassigura lil dawk kollha affettwati mill-qrubija spiritwali tiegħu u jitlob b’mod partikolari lil Alla li Jista’ Kollox, biex ibierek l-isforzi tal-pumpiera u persuni oħra tal-emerġenza biex jiġġieldu din is-sitwazzjoni perikoluża.”Il-Papa jikteb ukoll li jittama li “r-riskji għad-dar komuni tagħna, aggravati mill-kriżi tal-klima preżenti, iqanqlu lin-nies kollha biex iġeddu l-isforzi tagħhom biex jieħdu ħsieb id-don tal-ħolqien, f’ġieħ il-ġenerazzjonijiet futuri”.F’telegramma lill-President tal-Konferenza Episkopali Taljana, l-Kardinal Matteo Zuppi, l-Papa fakkar fil-maltempati qawwija bir-ragħad u n-nirien li fl-aħħar jiem ikkawżaw qerda f’partijiet tal-Italja. Huwa esprima l-qrubija tiegħu għal dawk kollha milquta minn avvenimenti estremi tat-temp li jenfasizzaw il-ħtieġa li jsiru “sforzi kuraġġużi u b’miri ‘l bogħod” biex jittrattaw l-isfida miġjuba mit-tibdil fil-klima u r-responsabbiltà li nipproteġu l-ambjent u nieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna.Il-Papa fil-messaġġ tiegħu mwassal mill-Kardinal Parolin qal, li jitlob biex “il-Mulej, bl-interċessjoni tal-Verġni Marija, iġib il-faraġ lil dawk kollha li qed ibatu l-konsegwenzi ta’ diżastri gravi bħal dawn”. Esprima wkoll l-apprezzament tiegħu għal dawk kollha li jagħtu l-għajnuna, b’mod partikolari lil dawk li qed jaħdmu biex jitfu n-nirien, u ta l-Barka Appostolika tiegħu.Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-07/pope-expresses-closeness-storm-wildfire-victims-greece-italy.html