Ġesu jerġa lura fuq il-passi tiegħu!

Minn Daniel Borg

L-istorja tal-mara Kangħanija hija waħda nteressanti ferm (Mt 15, 21-28)! Il-Vanġelu tal-lum jurina Ġesu’ mhux tas-soltu. Ġesu’ li għal bidu ma jkunx irid ifejjaq lit-tifla ta’ din il-mara li ma kienetx parti mil-poplu ta’ Iżrael. Kien qisu għadu kmieni wisq biex il-messaġġ tiegħu jinfirex mal-ġnus kollha. Imma l-fidi tal-mara bidlet il-fehma ta’ Ġesu.

Imma għalfejn jibdel il-fehma tiegħu Ġesu’? Skont il-Papa (fl-Angelus) min iħob b ma jibqax riġidu fuq il-pożizzjoni tiegħu. U Ġesu jiġrilu l-istess. Quddiem is-sitwazzjoni tal-mara Kangħanija jibdel fehmtu. Qalb li tħenn hija qalb li tinbidel għax kapaċi tisma’ u tifhem dak li jkun għaddej minnu ħaddieħor.Skont il-Papa, id-dixxipli ta’ Ġesu jaraw biss l-insistenza tal-mara, imma Ġesu jara l-fidi kbira tagħha. Dan flimkien mal-kuraġġ tagħha li tegħleb kull ostaklu, iġġiegħel lil Ġesu jibdel il-ħsieb tiegħu.

Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02UjykTueoRRHxm8EzCnMakhpVjLKePHno7L66gRF3WqMAQqHawA1yHPnoZxNBuFhsl

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading