Malta Missjunarja ta’ Settembru 2023

“Fl-14 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib. Is-Salib huwa s-sinjal tan-Nisrani u Ġesù qalilna: “Min irid jiġi warajja għandu jerfa’ salibu ta’ kuljum u jimxi warajja”. Imma xi jfisser is-Salib? X’kellu f’rasu Ġesù meta semma s-Salib?” jgħid fil-messaġġ tiegħu Dun Victor Agius, Direttur ta’ Missio Malta.

Matul ix-xahar ta’ Settembru tista’ taqra aktar dwar dan il-messaġġ fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun se jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’artiklu minnhom naqraw dwar kif Missio Malta ngħaqad mal-Isqof ta’ Arusha sabiex jgħin tinbena skola, ħalli t-tfal Masaai jkunu jistgħu jitgħallmu dwar is-snajja’ tagħhom stess u suġġetti oħrajn. F’artiklu ieħor inkomplu naqraw dwar il-Madonna tal-Għar fir-Rabat, Malta, din id-darba dwar il-fenomu li x-xbieha bkiet dmugħ tad-demm għat-tieni darba.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading