Il-fidi u l-isport kapaċi jgħaqqdu lil kulħadd

Chaplain Malti jservi f’Kampjonat tal-Paratletika f’Pariġi

Meta nisimgħu l-kliem ‘fidi’ u ‘sport’ kemm nassoċċjawhom flimkien?

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Fr Bernard Micallef li għal dawn l-aħħar seba’ snin kien membru tal-Kummissjoni Djoċesana Sport. Bejn il-5 u s-17 ta’ Lulju, hu flimkien ma’ tim ta’ chaplains minn madwar id-dinja kellhom l-opportunità li jservu waqt il-kampjonat dinji tal-paratletika li seħħ f’Pariġi.

Hu spjega li kienu tim ta’ 13-il chaplain, hu kien l-uniku qassis Kattoltiku, biss kien hemm oħrajn li huma protestanti minn denominazzjonijiet differenti, u anke Musulman.

Huma kienu preżenti biex iservu lill-atleti, l-familjari tagħhom, il-kowċs u anke lill-voluntiera,“bħala Knisja Kattoliku rridu nkomplu nieħdu sehem f’dawn it-tip t’attivitajiet sportivi.”

Ic-chaplains kienu kollha jħobbu l-isport u familjari mad-dinja tal-isport, tant li kien hemm wieħed li hu paratleta u iehor eks atleta għaldaqstant b’dil-esperjenza setgħu jirrelataw aktar, anke f’mumenti ta’ qtigħ il-qalb u ta’ disfatta.https://tv.newsbook.com.mt/player/embed?assetID=v7619zrmlqmkrsby&skin=green&autoplay=0&ads=1

Mistoqsi dwar kif huma setgħu jkunu ta’ servizz hu spjega li għamlu l-ewwel tlett ijiem jippreparaw bejniethom, iduru l-lukandi li fihom kien hemm id-delegazzjonijiet u jmexxu l-kelma dwar is-servizz tagħhom filwaqt li spjegaw l-irwol tagħhom.

Meta beda l-logħob, kienu jinqasmu f’żewġ timijiet, kellhom kmamar viċin l-istadium fejn isir il-logħob, u kienu qed joffru spazju għall-voluntiera u l-familjari biex jiftħu qalbhom, jitkellmu fuq affarijiet personali u spiritwali. Fr Bernard stqarr li din kienet opportunità sabiħa biex “titlob għalihom jew magħhom”. Imbagħad kien hemm tim iehor fl-istadiums, preżenti waqt il-logħob biex setgħu ikunu kemm jista’ jkun disposti għal kulħadd.https://tv.newsbook.com.mt/player/embed?assetID=wcn0uuggldrb38l&skin=green&autoplay=0&ads=1

Din kienet l-ewwel darba li pajjiż sekulari bħal Franza aċċetta li jkun hemm servizzi ta’ chaplains f’dawn il-kampjonati sportivi. Spjega li din dejjem tiġi mill-pajjiż li jkun qed jorganizza, x’servizzi li lesti li huma joffru biss irrimarka kif dan is-servizz intlaqa’ tajjeb anke min-nies fl-amministrazzjoni.

Interessanti, li hu mar hemm biex jiffoka fuq l-atleti imma kien hemm aktar mumenti ta’ diskussjoni ma’ voluntiera li bdew jgħinu b’mod prattiku. Mitlub issemmi mument speċjali waqt dan il-kampjonat Fr Bernard qal li kien hemm dan il-ġuvni ġej mill-Knisja Luterana, ma ried li ma ried ikellmu xejn meta skopra li hu Kattoliku, iżda sal-aħħar tant irnexxielhom jibnu rapport tajjeb li spiċċaw jgħajjatlu biex jieħdu ritratt flimkien. Din hija opportunità t’evanġelizazzjoni f’postijiet fejn ikun hemm persuni li qatt ma semgħu b’Ġesù Kristu.https://tv.newsbook.com.mt/player/embed?assetID=l7yu4qzeunh4x0w9&skin=green&autoplay=0&ads=1

Bħala Kummissjoni Djoċesana Sport f’Ottubru ħa jibdew kors mal-Pastoral Formation Institute (PFI) biex jippreżentaw aktar l-idea ta’ Sport Ministry, u x’valuri joħorġu minn dan kollu. Hu ħeġġeġ persuni li jħobbu l-isport biex ifittxu aktar informazzjoni u japplikaw biex isiru jafu aktar dwar dan.

Filwaqt li f’Malta se tkun qed issir il-European Christian Sports Union attività li fiha diversi membri mill-Ewropra kollha se jinġabru hawnhekk. Fr Bernard għalaq billi semma li huma qegħdin ta’ servizz ukoll għall-gruppi, persuni li jkunu jixtiequ jesploraw aktar din ir-realtà kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq livell ta’ gruppi u ta’ knisja jistgħu jagħmlu kuntatt magħhom.

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading